Barranin
Atleta jinkixfilha sidirha waqt żifna fl-Olimpjadi tax-xitwa

Żeffiena tal-Olimpjadi tax-xitwa Gabriella Papadakis ħadet waħda mill-akbar qtajja’ ta’ ħajjitha. Dan hekk kif waqt li kienet qed tiżfen il-libsa nfetħet u nkixfilha parti minn sidirha.

Minkejja dan l-intopp l-atleta ta’ 22 sena flimkien mal-partner tagħha Guillaume Cizeron ħadet sehem u kklassifikaw fit-tieni post.

 

F’kummenti li tat, Papadakis qalet li “it was pretty distracting. My worst nightmare at the Olympics. I told myself ‘you have to keep going’.”

Huma rnexxielhom jiksbu 81.93 punt biex ikklassifikaw fit-tieni post isegwu lil Tessa Virtue u Scott Moir li ġabu 83.67 punt.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Eluf ta’ nies inġabru fil-monument preistoriku ta’ Stonehenge biex jiċċelebraw il-bidu tas-solistizju tas-sajf. Il-miġemgħa bdiet tgħajjat malli bdiet tiela’ x-xemx min-nofs il-ġebliet wieqfa li hemm fis-Sit Patrimonju Dinji fil-Lbiċ tal-Wiltshire…

Barranin, Kurżitajiet

Huwa fatt magħruf li l-pilloli li nieħdu għandhom effetti sekondarji fuq il-bniedem. Ħafna jaħsbu li l-effett huwa biss wieħed fiżiku bħal xi raxx jew uġigħ ta’ ras. Madankollu, studju li…

Barranin

Il-President Amerikan  Donald Trump irreveda d-deċiżjoni li tfal immigranti jinfirdu minn mal-ġenituri tagħhom fil-fruntiera bejn l-Istati Uniti u l-Messiku. Huwa ffirma ordni eżekuttiva biex iwaqqaf dan milli jkompli jseħħ u…

Barranin

L-utenti tal-Instagram se jkunu jistgħu jtellgħu filmati twal sa siegħa. Il-kumpanija ħabbret dan waqt attività f’San Francisco. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Instagram Kevin Systrom spjega li l-filmati se jkunu b’tali mod…

Aktar