Teknoloġija
Attakk speċifiku bil-għan li jilħaq impjegati f’kariga għolja

Jeżistu diversi tipi ta’ attakki diġitali li jistgħu jħallu impatt drastiku fuq is-sistema tal-kompjuter ta’ persuna. Fost diversi tipi nsibu l-‘whaling attack’ li huwa attakk bl-għan ewlieni li jilħaq impjegati li għandhom kariga għolja fil-kumpanija. Dan isir biex tinsteraq informazzjoni sensittiva mill-kumpanija konċernata.

L-għan ta’ min jagħmel l-attakk huwa li jimmanipula lill-vittma sabiex tawtorizza tranżazzjonijiet ta’ valur għoli. Il-kriminal jibgħat email lill-vittma fejn juża l-isem u t-titlu tal-vittma sabiex jidher iktar ġenwin.

Sessjonijiet ta’ għarfien u multi-step verification jgħinu l-prevenzjoni ta’ dawn l-attakki. L-implimentazzjoni ta’ data protection policies u għodod oħra kontra l-phishing iżidu ċ-ċans li taqbad dawn l-attakki mill-ewwel.

Kun moħħok hemm qabel ikun tard wisq!