Attakk Tuneżija: l-aggressuri mħarrġa fil-Libja – l-IS jieħdu r-responsabbiltà

Is-Segretarju tal-Istat Tuneżin għas-Sigurtà kkonferma li żewġ aggressuri involuti fl-attakk brutali f’mużew f’Tunis nhar il-Erbgħa, tħarrġu f’kamp militari fil-Libja. Iż-żewġ aggressuri, Yassine Abidi u Hatem Khachnaoui sparaw numru ta’ tiri fil-mużew Bardo u qatlu 21 persuna.

Uffiċjali tas-Sigurtà Tuneżini qalu li ż-żewġt irġiel ħarbu mill-pajjiż b’mod illegali u vjaġġaw lejn il-Libja f’Diċembru li għadda, fejn tħarrġu biex jużaw l-armi. Huwa maħsub li dawn setgħu tħarrġu fl-ibliet ta’ Benghazi jew Derna, żona okkupata sew mill-militanti Iżlamiċi tal-ISIS.

Wara l-attakk l-Iżlamiċi estremisti tal-ISIS, ippubblikaw filmat fejn ħadu responsabbiltà għal dan l-attakk.

L-Awtoritajiet Tuneżini qalu li mat-3,000 Tuneżin vjaġġaw lejn l-Iraq, is-Sirja u l-Libja fl-aħħar xhur sabiex jiġġieldu mal-Iżlamiċi estremisti, sitwazzjoni li qed tqanqal biża’ fost l-awtoritajiet Tuneżini, li dawn jistgħu jirritornaw lura bi pjani ta’ attakki terroristiċi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Sarah Thomas hija l-ewwel għawwiema li rnexxielha tgħum il-Kanal Ingliż, mill-Ingilterra għal Franza, erba’ darbiet mingħajr waqfien f’maratona ta’ 54 siegħa. L-Amerikana ta’ 37 sena minn Colorado kisret kwalunkwe rekord….

Barranin

Meta Emma Smith ħadet lil uliedha biex jagħżlu kelb ma kinitx taf li l-kelba li se jagħżlu kienet se tibdlilha ħajjitha. Kemm hi u anke wliedha mill-ewwel inġibdu lejn din…

Teknoloġija

Facebook żvela l-pjan tiegħu sabiex iwaqqaf bord ta’ sorveljanza li l-għan tiegħu hu li jieħu deċiżjonijiet dwar ir-regolamentazzjoni tas-sit. Skont il-Fundatur u l-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija, il-bord, li se jkun qed…

Aktar