Saħħa
ATTENT: Evita dawn il-fliexken għax jistgħu jisplodu meta tkun qed tiftaħ dan il-prodott

Xarbiet mhux alkoħoliċi bit-togħma ta’ Green Tea, Rummien u Ġinġer tad-ditta Karma fi fliexken tal-ħġieġ tan-nofs litru m’għandhomx jiġu kkunsmati minħabba r-riskju li jisplodu l-fliexken minħabba pressa fil-prodott magħluq.

Din it-twissija ħarġet mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika li bi stqarrija qed jinforma lill-pubbliku b’dan ir-riskju wara informazzjoni li rċieva dan id-Direttorat perezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf.

Peress li l-kumpanija nvoluta rrapurtat li l-prodotti jista jkun li laħqu nxtarw mill-konsumatur, dan id-Direttorat qiegħed joħroġ dan l-avviż.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8am sas-2:30pm jew jibgħat email fuq [email protected]

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Mandy Vella li għandha 24 sena biss qed tgħix bi tbatija kbira minħabba li tbati b’Cystic Fibrosis. Hija tgħid li din qed taffettwalha l-pulmun u l-firxa, tbati bil-qtugħ ta’ nifs…

Avjazzjoni

Fl-istorja Maltija tal-avvjazzjoni, l-1969 ma kinitx l-isbaħ paġna. F’temp ta’ tliet xhur, nofs seklu ilu, seħħew żewġ disgrazzji tal-ajru b’ajruplani militari. L-istorja tagħhom hija fost kważi elf inċident tal-ajruplan li…

Lokali

Il-Fondazzjoni Blue Light, imwaqqfa mis-Surġent Simon Schembri mistennija tiftaħ l-ewwel dar tagħha biex tilqa’ fiha uffiċjali tal-forzi dixxiplinati li jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Il-Ħadd filgħodu f’Ħal Safi saret attività…

Għawdex

Dalgħodu f’Dar Arka, Għajnsielem, saret quddiesa mmexxija mill-Isqof ta’ Għawdex, Mario Grech bħala talba ta’ radd il-ħajr lil Alla fi tmiem il-mandat tal-President Marie-Louise Coleiro Preca. Fi kliem il-President, l-Ewkaristija…

Aktar