Sigurtà
Attent: Imbilli jbatti r-riħ ma jfissirx li tista’ tgħum b’moħħok mistrieħ

L-interventi tal-lifeguards, li huma stazzjonati fil-bajjiet Maltin, huma kruċjali u ġieli jagħmlu d-differenza bejn ħajja u mewt. Żorna wħud mill-bajjiet Maltin u tkellimna mal-lifeguards dwar is-servizz li jagħtu.

Il-ġurnata tipika tal-lifeguards fuq il-bajjiet Maltin m’hijex kopja ta’ dak li jseħħ waqt is-serje popolari televiżiva ta’ Baywatch, iżda l-uffiċjal tal-għaqda tas-salib l-aħmar, Robert Brincau, spjega li l-interventi tagħhom huma daqstant ieħor kruċjali biex jagħtu l-ewwel għajnuna u jsalvaw il-ħajjiet.

Iltqajna ma’ Robert Brincau f’waħda mill-erbgħin bajja fejn hemm stazzjonati l-lifeguards. Qal li f’Malta hemm madwar ħamsin lifeguard li għamlu taħriġ biex ikunu jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol, li huma mgħejjuna minn 25 uffiċjal ieħor li jkunu qed jikkordinaw l-operazzjonijiet.

“Illum nistgħu ngħidu wkoll li l-bajjiet tagħna bħala sigurtà huma uħud mill-aħjar fl-Ewropa; għandna risk assessment tal-bajjiet, u kif nistgħu naraw, għandna wkoll inġenji fil-baħar biex jassistu fl-operazzjonijiet,” qal id-Direttur tal-Operazzjonijiet tar-Red Cross.

Is-sur Brincau qal li l-lifeguards jintervjenu f’medja ta’ ħmistax-il każ kuljum.

Qal li minkejja li l-Maltin saru jirrispettaw t-twissijiet fuq il-bajjiet u joqgħodu lura mill-għawm meta l-bnadar ikunu sofor jew ħomor, ikun hemm ġranet meta l-kurrenti joħolqu sfidi.

“It temp, speċjalment meta jkun maltemp, il-Maltin jarawh u ma jirriskjawx daqshekk… L-agħar huma għalina li huma l-ġranet ta’ wara, meta r-riħ ikun naqqas u l-baħar ikun għadu dieħel, u allura jkun hemm ħafna kurrenti,” spjega s-Sur Brincau.

Baskalovic Djordje ilu jservi bħala lifeguard mill-2014 fl-Istati Uniti, u l-aħħar sena f’Malta. Qalilna li huwa kburi u sodisfatt li rnexxielu jsalva ħajjiet ta’ n-nies, partikolarment għawwiema li kienu se jgħerqu.

“Last year me and my friend Philip at Għajn Tuffieħa, we rescued a guy who was in the current, he was swimming good but when you swim in the current it’s really hard,” qal Djordje.

U għal Zak Mifsud, tfajjel simpatiku ta’ seba’ snin, il-ħolma tiegħu hija li meta jikber ikun lifeguard, tant li jagħmel Sajf ibakkar kmieni biex jakkumpanja lill-lifeguards li jkunu stazzjonati fil-bajja ta’ Fra Ben il-Qawra.

“Ġieli rajthom isalvaw lil xi ħadd u ma nibżax,” qalilna Zak.

Il-lifeguards tal-Għaqda tas-Salib l-Aħmar huma stazzjonati fil-bajjiet mill-ewwel ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru, filwaqt li l-lifeguards fil-pixxina nazzjonali f’Tal Qroqq u fil-kwartieri tal-Inspire huma preżenti s-sena kollha.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Żewġ nisa, li waslu Malta b’dgħajsa ma’ immigranti oħra s-sena l-oħra, spiċċaw il-ħabs minflok il-Ġermanja. Fil-Qorti, l-avukat tagħhom Martin Fenech, spjega li huma użaw dokumenti foloz biex ikunu jistgħu jibdew…

Partit Nazzjonalista

Waqt żjara fix-xelter tal-YMCA li għandu mat-30 resident, il-kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li r-realtà tal-faqar f’Malta, qiegħda tiżdied minkejja t-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż. Dr Delia qal li l-Gvern għandu…

Xogħol

Fit-tieni kwart tas-sena, bejn April u Ġunju li għadda, Malta kellha t-tielet l-ogħla rata ta’ sejħiet għal impjiegi fis-suq tax-xogħol. Skont ċifri tal-Eurostat, il-postijiet tax-xogħol li kienu qed ifittxu l-ħaddiema…

Aktar