Lokali
Attent jekk għada se tgħaddi minn Triq Aldo Moro

Il-proġett tal-Marsa se jgħaddi għat-tieni fażi hekk kif għada filgħodu, il-kuntrattur se jibda jħejji s-sit, Triq Aldo Moro.

Fi stqarrija Transport Malta qalet li l-kuntrattur se jkun qed juża 3 korsiji minn Triq Aldo Moro għada filgħodu bejn is-06:00 u t-08:30. F’dawn il-ħinijiet, it-traffiku se jgħaddi minn korsija waħda.

Hija appellat lis-sewwieqa biex isuqu bil-galbu, isegwu t-tabelli temporanji u l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post.

Fit-tieni fażi tal-proġett, li se tibda fil-ġimgħat li ġejjin, il-kontrattur se jwessa’ parti minn Triq Aldo Moro u se jagħmel xogħol fi Triq il-Gvern Lokali. Matul din il-fażi, il-kuntrattur se jibni wkoll numru ta’ kanali għas-servizzi.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Michael Claude Nussbaum ammetta li kien qed iġorr arma tan-nar u munizzjon mingħajr liċenzja. Huwa ġie arrestat fl-Ajruport wara li nqabad b’pistola fil-bagalja tiegħu qabel ma qabad it-titjira lejn Franza….

Qorti

Amerikan u Messikan li ġew Malta biex jattendu għal tieġ ta’ seħibhom tilfu l-festin wara li ġew arrestati f’San Ġiljan. Eric Arata u Fernandez ġew akkużati li kisru l-paċi pubblika…

Lokali

Ajruplan tal-merkanzija tal-kumpannija DHL ta’ battikata lil madwar 400 ruħ li ngħaqdu flimkien biex jiġbdu dan l-ajruplan b’risq Puttinu Cares. Din l-attività daħlet fir-raba’ sena tagħha, u kull sena ssir…

Infrastruttura

Il-bajja tal-Balluta ngħalqet temporanjament sakemm isir il-monitoraġġ meħtieġ wara li l-maltemp u x-xita fl-aħħar jiem ferqet ir-ramel u dan spiċċa lura fil-baħar. Fi stqarrija l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qalet li flimkien…

Aktar