Konsumatur
Attent jekk għandek karozza bħal din

Minn riċerka u statistika li saret fir-Renju Unit, instab li dawk il-karozzi li jistartjaw mingħajr ċwievet iżda b’għafsa ta’ buttuna, huma aktar suxxettibbli għas-serq.

Skont l-istatistika, il-Ford Fiesta, in-Nissan Qashqai, il-Volkswagen Golf u l-Ford Focus huma dawk il-vetturi li ġew misruqa l-aktar.

Jidher li l-ħallelin li jispeċjalizzaw fis-serq tal-karozzi qed isibuha aktar faċli jisirqu dawn it-tip ta’ vetturi li jistartjaw mingħajr ċwievet. Dan qed jagħmluh b’teknoloġija li jirnexxielha tidħol fis-sistema elettronika ta’ dawn il-karozzi .

Skont is-Society of Motor Manufacturers & Traders (SMMT), il-vetturi l-ġodda li qed jidħlu fis-swieq huma siguri iżda l-ADAC ittestjat 237 vettura ”keyless” u sabet li 3 minn dawn biss ma kienux suxxettibbli għas-serq – fost dawk suxxettibbli għas-serq kien hemm l-aħħar mudelli tal-vetturi Discovery u r-Range Rover u l-Jaguar i-Pace.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Għall-imprenditur Taljan Alberto Vazzoler, li jaħbi €40,000 f’torta nejja kienet probabbli waħda mill-agħar deċiżjonijiet li qatt għamel. Dan għaliex mhux biss il-flus spiċċaw maħruqa fil-forn meta s-sieħba sabet l-istrudel u…

Lokali

Mal-faċċata ta’ waħda mill-binjiet tal-Isptar Mater Dei, dalgħodu niżlu għadd ta’ super eroj. Dawn kienu membri tal-grupp tal-Iscouts tal-Mosta f’inizjattiva sorpriża għat-tfal li fil-btajjel tal-Għid jinsabu rikoverati l-isptar. Spiderman, Superman,…

Enerġija

Fl-aħħar sebà snin tqassmu kważi €50 miljun minn fondi Ewropej, biex familji investew f’panelli fotovoltajċi. F’diversi skemi li saru, ġew stallati kważi 20,000 sistema ta’ pannelli. Bejniethom, is-sena li għaddiet…

Politika

Il-mexxej tal-Partit Demokratiku, Dr. Godfrey Farrugia, iddeċieda li joħroġ għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Meta ħabbar it-tliet kandidati tiegħu, il-PD kien indika li dawn in-nomini kienu finali, u li ma kinux se…

Aktar