Barranin
Attent jekk intix tperreċ l-emails tal-Gmail mingħajr ma taf

Il-Google ikkonfermat li l-emails privati li bgħatt u rċevejt mill-Gmail jista’ jkun li kien hemm xi wħud li nqraw minn terzi persuni.  Persuni li qabbdu apps ta’ terzi mal-accounts tagħhom mingħajr ma jafu taw permess lil developers biex jaqrawlhom il-messaġġi tagħhom.

Kumpanija partikolari qalet lil Wall Street Journal li din hija prattika komuni u sigrieta.  Google indikat li din il-prattika ma tmurx kontra l-policies tagħha.  Espert tas-sigurtà esprima ruħu sorpriż għall-mod kif il-Google ħalliet dan isir.  Gmail huwa l-iktar email popolari fid-dinja b’iktar minn 1.4 biljun persuna tuża dan is-servizz bla ħlas.

Persuni li jużaw il-Gmail għandhom imorru fuq il-paġna ta’ Security Check-up biex jaraw liema apps hemm assoċjati mal-account tagħhom u jneħħu dawk li ma jixtiqux iperrċulhom l-informazzjoni li għandhom fl-email personali tagħhom.