Saħħa
Attent jekk se ssiefer f’dal-pajjiżi – tlaqqam

L-Awtoritajiet tas-Saħħa qed javżaw lil dawk li se jsiefru f’pajjiżi li hemm il-Yellow Fever jieħdu t-tilqima sa għaxart’ijiem qabel ma jmorru.

Fi stqarrija, l-Awtorità qalet li doża waħda għandha tkun biżżejjed.

It-tilqima għall-Yellow Fever jista’ jeħodha kull min għandu aktar minn disa’ xhur. Wieħed għandu jieħu l-prekawzzjonijiet meħtieġa biex ma jingidimx minn xi nemusa, fosthom billi jilbes qalziet u flokk komma twila u juża n-nets meta jkun rieqed. Kmamar bl-air condition jnaqqsu r-riskju tan-nemus.

Il-Yellow Fever jista’ jiġi trasmezz b’gidma ta’ nemusa infettata u mhux minn persuna għal oħra. Fost is-sintomi hemm uġigħ ta’ ras, uġigħ f’ġismek, għejja u wieħed ikollu bżonn jirrimetti.

Din it-twissija hija l-aktar importanti għal dawk li sejrin il-Kongo. Flimkien mal-Kongo hemm dawn il-pajjiżi:

Afrika:

Angola, Benin, Burkina Faso, Burundi, Cameroon, Central African Republic, Chad, Congo, Cote d’Ivoire (Ivory Coast), Equatorial Guinea, Ethiopia, Gabon, Gambia, Ghana, Guinea, Guinea-Bissau, Kenya, Liberia, Mali, Mauritania, Niger, Niġerja, Senegal, Sierra Leone,  Sudan, Sudan t’Isfel, Togo, Uganda.

Amerka:

Argentina – Misiones Province, Bolivia, Brazil, Colombia, Ecuador (esklużi Galapagos Islands), French Guiana, Guyana, Panama, Paragwaj, Perù, Suriname, Trinidad, Veneżwela.

Dawk li se jsiefru f’dal-pajjiżi huma mħeġġa biex jagħmlu kuntatt maċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Furjana fuq 25680222-3/21243314.

Aħbarijiet Oħra
Budget

B’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Joseph Muscat ma’ wieġeb xejn fuq is-sitwazzjoni tal-għalliema, tal-middle class, tal-popolazzjoni tiżdied, fuq il-problemi tal-banek u fis-settur tal-gaming. Fuq…

Ambjent

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, waqt li rtira l-emenda oriġinali tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, ressaq emenda ġdida li permezz tagħha l-Parlament Malti iddikjara emerġenza fil-klima, bil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u Ippjanar tal-Iżvilpp jinbidel…

Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Aktar