Għawdex
Attent jekk se taqsam il-fliegu – tibdil temporanju fl-iskeda tal-vjaġġi

Il-vapur MV Malita mhux se jkun qed jopera fil-jiem li ġejjin minħabba bżonn ta’ xi manutenzjoni.

Il-Gozo Channel fi stqarrija qalet li l-MV Malita mhux se jopera mill-Erbgha 6 ta’ Frar sat-Tlieta 12 ta’ Frar 2019.

Għalhekk, biex il-kumpanija ttaffi l-immaniġjar tat-traffiku filgħodu, il-vjaġġi mill-Erbgha 6 ta’ Frar 2019, (bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa), f’dan il-perjodu, se jsiru kif ġej:

Il-vjaġġi l-oħra se joperaw skont l-iskeda, iżda s-servizz jista’ jaqleb shuttle skont id-domanda tat-traffiku. Il-kumpanija qalet li se topera l-vapur MV Ta’ Pinu biż-żewġ xkafef biex l-operat ilaħħaq mad-domanda tat-traffiku skont l-esiġenzi neċessarji.

Din l-iskeda se tibqa’ fis-seħħ sakemm MV Malita jkun lura fis-servizz u jiddependi mill-kundizzjoni tat-temp.