Infrastruttura
Attent jekk se tgħaddi minn ħdejn l-ajruport

Infrastructure Malta qalet li se jkun hemm tibdil fir-roundabout tal-Ajruport.

Fuq il-mezzi soċjali, ġie spjegat li minn għada filgħodu u għax-xhur li ġejjin, il-korsiji tar-roundabout tal-Ajruport, li mill-Mini ta’ Ħal Kirkop jagħtu lejn Ħal Far u l-Ajruport se jingħalqu għal ftit xhur, sabiex ikomplu t-tħaffir tal-mini ġodda tal-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project.

Appellat sabiex is-sewwieqa jsegwu t-tabelli lejn ir-rotta temporanja minn Vjal l-Avjazzjoni, lejn Ħal Luqa, jew biex wieħed juża rotot alternattivi, bħal Triq Ħal Far, iż-Żurrieq.