Infrastruttura
Attent jekk se tgħaddi minn Santa Venera lejn il-mini f’Tal-Qroqq

Hekk kif għaddejjin ix-xogħlijiet tal-proġett ta’ Triq Reġjonali, Infrastructure Malta qed tavża li l-karreġġjata tat-tramuntana, minn Santa Venera lejn il-mini f’Tal-Qroqq, se tkun magħluqa llejla fil-5pm. Hija se tinfetaħ mill-ġdid għada filgħodu, wara li jinksew it-tliet korsiji ġodda tagħha bl-aħħar saff t’asfalt. Il-karreġġjata tan-nofsinhar tlestiet dal-lejl.

Infrastructure Malta qed tavża wkoll li llejla u għada filgħodu, se jsiru wkoll il-linji fuq l-asfalt ġdid, sabiex jitkomplew is-sitt korsiji ġodda ta’ din ir-rotta ewlenija minn fuq għal isfel tal-pajjiż. Qed tavża li xi korsiji jistgħu jkunu magħluqin biex jiżguraw saħħet il-ħaddiema.

Il-korsiji kollha u s-7 junctions se jkunu lesti u miftuħa għall-pubbliku għada filgħaxija.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Anzjani u persuni b’diżabbiltà fil-Fgura u Ħaż-Żabbar ingħaqdu ma’ dawk ta’ Birkirkara u l-Mosta fis-servizz ta’ flebotomija minn darhom. Persuni li għandhom problemi ta’ mobbiltà qed jitteħdilhom id-demm għat-testijiet mill-kumdità…

Infrastruttura

Infrastructure Malta ħabbret li llejla se jkun qed isir xogħol biex tittella fuq il-post gverta ta’ 34 metru tal-pont ġdid għall-mixi u r-roti fi Vjal l-Avjazzjoni bejn Ħal Luqa u…

Lokali

Il-Gvern ħabbar li l-freephone 153 għandu ħsara teknika, u għalhekk minn iċempel jaf ma jaqbadx. Fi stqarrija l-Gvern żied li hemm ukoll influss qawwi ta’ telefonati b’rabta mal-bonus addizzjonali mħabbar…

Qorti

“Bżajt li qatt mhu se nerġa’ nitkellem.” Qalet dawn il-kliem vittma t’attentat ta’ qtil li spiċċat bi kważi għonqha mħanxar wara li raġel Libjan ipprova jisirqilha l-handbag. Il-Qorti t-Tnejn bagħtitu…

Aktar