Lokali
Attent jekk sejjer il-Gżira

Se jsir xogħol ta’ asfaltar fi Triq l-Imsida, il-Gżira.

Fi stqarrija, Transport Malta qalet li l-kuntrattur ser jagħmel xogħlijiet fi Triq l-Imsida fejn ser jitqaxxar il-wiċċ tat-triq eżistenti u jingħata asfalt ġdid.  Ix-xogħlijiet ser isiru bejn is-7pm u l-5am mil-lejla u hu mistenni li jkun lest sa tmiem din il-ġimgħa.

Ix-xogħlijiet ser isiru f’fażijiet biex kemm jista’ jkun it-triq tibqa’ aċċessibbli għat-traffiku.

Transport Malta qed tħeġġeġ lis-sewwieqa biex fejn hu possibbli jevitaw iż-żona, isegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post u jsuqu b’attenzjoni.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Is-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth Patricia Scotland, ferħet lill-Gvern Malti għal mod kif ikkontrolla l-imxija tal-Covid-19. Qalet li Malta kienet l-aqwa fl-Ewropa biex ipproteġiet liċ-ċittadini tagħha. Isma l-messaġġ tagħha hawn:

COVID-19

Illum ġew irrapportati 2 każijiet ġodda wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 1,374 swab test. Skont l-aħħar aġġornament ippubblikat mill-Ministeru għas-Saħħa fuq Facebook, fiequ 11-il persuna oħra. Dan ifisser li…

Relazzjonijiet Industrijali

Erbgħin minn total ta’ madwar 120 membru tal-ekwipaġġ tal-linja tal-ajru Malta Air, li hi sussidjarja ta’ Ryanair, ilbieraħ tard filgħaxija rċevew ittra li b’effett mit-30 ta’ Ġunju li ġej l-impjieg…

Unjoni Ewropea

Matul l-2019, il-MEUSAC tellgħet 34 attività pubblika u laqgħat ta’ konsultazzjoni u 39 sessjoni għat-tfal u għall-istudenti dwar l-Unjoni Ewropea (UE). Saru wkoll 5 sessjonijiet ta’ taħriġ u 300 laqgħa…

Aktar