Kurżitajiet
Attent mill-ikel Ċiniż

L-ikel Ċiniż li jinxtara bħala take away mir-restoranti u s-supermarkets għandu jkollu twissija miegħu dwar is-saħħa minħabba li għandu ħafna melħ.

Dan qalu l-grupp Action on Salt li analiża aktar minn 150 platt u sab li dawn il-platti fihom ħafna melħ. Huwa ta eżempju bil-laħam bis-sauce tal-black beans, u qal li dan jaqbeż il-limitu ta’ kemm suppost wieħed jieħu melħ. Spjega li jekk wieħed iżid xi affarijiet mal-ikel ikompli jżid il-melħ, eżempju bajda żejda żżid mal-2.3g ta’ melħ. Is-sauces ukoll ikomplu jżidu l-melħ b’4 grammi.

Il-grupp qal li huma ftit dawk ir-restoranti tal-ikel Ċiniż li jagħtu l-platti tagħhom b’anqas minn 2 grammi ta’ melħ.

Spjega li l-prawn crackers u l-ispring rolls tal-ħaxix għandhom bejn 0.8 grammi u 1.4 grammi ta’ melħ.

Żied jgħid li s-soy sauce huwa aktar mielaħ minn sauces oħra.

Il-grupp innota li ħafna melħ jista’ jżid il-problemi fis-saħħa bħalma huwa mard fil-qalb u puplesija.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Missier, ibnu u t-tfajla tiegħu jistgħu jgħodduha b’waħda hekk kif ġew salvati bit-traskuraġni ta’ ħaddieħor. Curtis Whitson flimkien ma’ ibnu u t-tfajla tiegħu ddeċidew iqattgħu xi jiem jesploraw ix-xmara Arroyo…

Barranin

Żagħżugħ li jaħdem f’pompa tal-petrol f’Milan qed ikun meqjus eroj wara li salva tifel ta’ 5 snin li waqa’ minn gallarija fit-tieni sular. Angel Micael Vargas Fernandez, li huwa mill-Arġentina…

Barranin

F’Illinois, insatbu eluf ta’ fdalijiet ta’ feti fir-residenza privata ta’ Dr Ulrich Klopfer. Is-sejba saret mill-qraba huma u jiżbarazzaw l-affarijiet ta’ Dr Klopfer li miet fit-3 ta’ Settembru. It-tabib kien…

Kurżitajiet

Ħadd ma basar li mill-Palazz Blenhein, seta’ jinsteraq loki tad-deheb li kien imwaħħal b’kollox mas-sistema tad-drenaġġ. Il-loki, ta’ 18-il karat deheb pur, inġarr minn grupp ħallelin fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu….

Aktar