Lokali
Attent minn messaġġ qarrieqi dwar il-Covid-19

Dan is-sit jinsab infurmat li qed jintbagħat messaġġ qarrieqi dwar il-Covid-19.

L-SMS qed jallega li huwa mingħand il-Ministeru tas-Saħħa.

Persuna li għamlet kuntatt ma’ tvm.com.mt fissret li l-messaġġ jistiednek tagħfas fuq ħolqa biex tikseb kitts ta’ trażżin b’xejn kontra l-Coronavirus.