Barranin
Attent – Temminx dak kollu li jgħid Booking.com

Booking.com qed tqarraq bil-konsumaturi li jirrikorru biex jibbukkjaw xi lukandi jew appartamenti onlajn.

Dan qalitu l-għaqda Which? li investigat lill-kumpanija flimkien ma’ 5 oħra biex tevalwa jekk il-klijenti humiex qed jibbenefikaw mis-servizz u offerti onlajn b’mod sinċier u komplut.

Instab li l-offerti li joffri das-sit ma jkunu minnhom xejn, filwaqt li ħafna mid-drabi ma jkunx minnu meta jimmarka li jkun għad fadal kamra waħda biss minn ċertu lukandi.

Skont l-investigaturi, il-konsumaturi qed jiġu intaxxati wkoll b’mod indirett mingħajr ma jafu.

Booking.com diġà ġie mwissi ftit tax-xhur ilu biex ibiddel il-prassi iżda mid-dehra, naqas milli jimxi mal-ordnijiet tal-Awtorità għall-Konsumatur.

Fi stqarrija, il-kumpanija qalet li kontinwament taħdem biex ittejjeb is-servizzi tagħha għall-benefiċċju tal-konsumatur.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fil-Libanu, splużjoni kbira f’Beirut ikkawżat ħerba sħiħa. Il-Ministru tas-Saħħa qal li ħafna nies sfaw midruba. 10 persuni huma kkonfermati mejta, iżda n-numru mistenni jitla’ hekk kif mijiet ta’ persuni għadhom…

Barranin

Xeni li iktar imdorrijin naraw f’xi film, iżda li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet żvolġew fir-realtà fuq gżira mhux abitata fil-Paċifiku. Tliet baħrin spiċċalhom il-fjuwil tad-dgħajsa ċkejkna tagħhom, u spiċċaw…

COVID-19

L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa (WHO) mhux qed tirrakkomanda li l-pajjiżi jerġgħu jmorru lura għal-lockdowns nazzjonali, iżda minflok għandhom jimplimentaw miżuri lokalizzati kontra l-imxija tal-Covid-19. Dan intqal minn Dr Maria Van Kerkhove…

Barranin

Il-President Amerikan Donald Trump qal li l-Gvern irid jingħata sehem mit-taqsima tal-Istati Uniti ta’ Tik Tok, jekk din tinxtara minn kumpanija Amerikana. Trump qal li kien għamel din it-talba lill-kap…

Aktar