Ikel
ATTENT: Tikolx dawn il-ħxejjex għax jista’ jkollhom mikrobu perikoluż

Prodotti ta’ ħxejjex iffriżati qed jiġu rtirati mis-suq lokali u internazzjonali wara li hemm suspett li jistgħu jkunu kkontaminati mill-mikrobu Listeria monocytogenes.

F’Malta d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed iwissi lill-pubbliku biex ma jikolx żewġ prodotti partikolari; wieħed tal-qamħirrun (sweetcorn) u l-ieħor ta’ ħaxix imħallat.

Iż-żewġ prodotti huma tad-ditta Freshona. Is-‘Sweetcorn’ jiżen 450g filwaqt li dak li jġib l-isem ‘Mixed Vegetables’ jiżen 1000g.

Il-virus Listeria għandu sintomi bħal tal-influwenza. Mill-2015 ‘l hawn kien hemm total ta’ 47 każ ta’ Listeria fl-Awstrija, id-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit, b’9 minnhom li kienu fatali.

Ilum fir-Renju Unit ġew irtirati total ta’ 43 prodott minn Tesco, Sainsbury’s, Aldi u Lidl fuq l-istess suspetti.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca żvelat li sena ilu, fl-eqqel tad-dibattitu dwar l-emendi għal-liġi tal-IVF, hija għenet biex id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne jikkonvinċi ruħu bl-argumenti tas-soċjetà ċivili kontra l-introduzzjoni tat-tqala…

Parlament

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal illi f’taħditiet mal-esperti tal-Moneyval fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa jemmen illi l-Gvern jasal biex jagħti riżultat tajjeb lil Malta fejn tidħol il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. Huwa…

Parlament

Il-Parlament approva mill-ewwel qari ħames abbozzi ta’ liġi li jirriformaw l-qasam tal-Ġustizzja. L-abbozzi tressqu kollha mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici u se jdaħħlu fis-seħħ proposti li saru…

Aktar