Lokali
Attent tixtrix dan il-ġugarell għat-tfal

Id-Direttorat għas-Sorveljanza tas-Suq neħħa ġugarell perikolu mis-suq lokali.

Il-ġugarell ‘Disney Frozen mobile phone’, bin-numru tal-mudell 668, immanifatturat fiċ-Ċina, instab wara li d-Direttorat ġabar 17-il ġugarell għall-ittestjar dwar is-sigurtà tagħhom. Huma ġew ittestjati wkoll għal xi preżenza ta’ sustanzi perikolużi.

Dal-ġugarell instab li fih batteriji taċ-ċelloli li jistgħu jkunu aċċessibbli faċilment mit-tfal mingħajr l-użu tal-għodda. Kellu wkoll livell eċċessiv ta’ Lead u Cadmium.

Dawk il-konsumaturi li għandhom fil-pussess tagħhom il-ġugarell imsemmi għandhom jieqfu jużawh u jirritornawh minnufih fil-ħanut minn fejn inxtara. Il-konsumaturi huma avżati biex jivverifikaw li l-batteriji tal-ġugarelli maħsuba għat-tfal taħt it-3 snin, ma jkunux aċċessibbli mingħajr l-għajnuna ta’ għodda sakemm is-sigurtà tal-għatu tal-kompartiment tal-batterija ma tkunx adegwata. Kull nuqqas ta’ konformità misjub għandu jiġi rrapurtat lil din l-Awtorità.

F’każ ta’ mistoqsijiet jew għal aktar tagħrif, wieħed għandu jikkuntattja lill-MCCAA fuq 2395 2000, jew b’email fuq [email protected], jew fuq il-paġna tal-Facebook tal-MCCAA.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Jekk hemm aspett li jispikka fuq oħrajn fil-ġrajja tal-mewt ta’ Ġesà hi t-tbatija. Il-knisja parrokkjali tal-Fontana, f’Għawdex, għandha statwa ġdida li tirrappreżenta mument partikulari ta’ tbatija: il-flaġellazzjoni, b’Ġesù marbut ma’…

Teknoloġija

Tnieda fond ta’ żewġ miljun ewro ta’ GO Ventures, immirat lejn kumpaniji żgħar fil-qasam tat-teknoloġija. Fit-tnedija tal-fond, is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li biex Malta tibqa’ fuq quddiem tar-rivoluzzjoni diġitali…

Stejjer Umani

Irġiel u nisa b’diżabbiltà llejla ġeddew mument mill-Aħħar Ikla ta’ Ġesù mad-dixxipli tiegħu. Hekk kif il-Knisja Kattolika tat bidu għat-Tridu tal-Għid, iċ-ċelebrazzjoni ewlenija tal-lejla fil-parroċċi tfakkar it-twaqqif tal-Ewkaristija u tinkludi…

Kronaka

Persuna ta’ 63 sena mir-Rumanija ġiet rikoverata wara li ttajret fil-Gżira. Il-Pulizija qalet li kienet infurmata bl-inċident fi Triq il-Gżira għall-ħabta tal-5.30 pm. Mill-ewwel stħarriġ ħareġ li l-persuna ntlaqtet minn…

Aktar