Kurżitajiet
Attent x’logħob qed jaraw it-tfal fuq You Tube

Cartoons animati u logħob fuq You Tube Kids qed jinstab li fihom kontenut dwar is-suwiċidju.

Meta t-tfal ikunu qed jużaw din l-app, li suppost hija intenzjonata li tkun sigura għat-tfal, hemm tendenza li l-ġenituri joqgħodu inqas attenti x’inkunu qed jaraw uliedhom. Għalhekk ħafna drabi qed ikun diffiċli li dawn il-filmati jindunaw bihom l-adulti u jiġu rrappurtati.

Qed jingħad li l-filmati jkunu kopja jew verżjoni li tixbah cartoons popolari għat-tfal jew logħob tan-Nintendo.

F’każ partikolari, li tkellmet dwaru l-pedjatra Amerikana Free Hess, raġel jidher jidħol fil-filmat wara 4 minuti u 45 sekonda tal-logħoba Splatoon tan-Nintendo. Fil-filmat ir-raġel juri lit-tfal kif għandhom jaqtgħu l-polz bi struzzjonijiet ċari: “Ftakru tfal, laġenba għall-attenzjoni, u fit-tul għar-riżultati.”

Hess indunat b’dan il-filmat b’kumbinazzjoni, meta binha nfaraġ u biex taljenah, qagħdet miegħu waqt li kien qed jara You Tube Kids. Wara li kitbet dwaru fil-blog tagħha u rrappurtat lil You Tube, il-filmat tneħħa. Ftit wara, iżda, sabet ieħor.

Min jiltaqa’ ma’ dawn il-filmati għandu jibgħat rapport lil You Tube permezz ta’ faċilità fuq l-istess paġna tal-filmat.

Aħbarijiet Oħra
Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Aktar