Kultura
Attent x’se tilbes fil-Karnival tan-Nadur

Wara l-agħa tas-snin li għaddew meta fil-Karnival tan-Nadur kien hemm kostumi li nħassu li offendew is-sentiment reliġjużi u l-każ ta’ vann li bil-kitba fuqu seta’ offenda l-persuni bi problema ta’ saħħa mentali, ittieħdet deċiżjoni li f’dan il-karnival spontanju ma jitħallewx kostumi u maskarati li jistgħu joffendu s-sentimenti tal-morda jew tar-reliġjon. Dan tħabbar mis-sindku tan-Nadur Edward Said f’konferenza tal-aħbarijiet dwar il-karnival tan-Nadur.

Il-karnival spontanju tan-Nadur huwa wieħed mill-iktar attivitajiet popolari tal-karnival, l-iktar b’żgħażagħ li jilbsu ta’ karattri li s-soltu ma tarax fil-karnival nazzjonali. Wara l-furur li qam is-sena l-oħra meta grupp ta’ persuni għamlu vann bi kliem li seta’ weġġa persuni b’mard mentali. Mistoqsi minn TVM, is-sindku tan-Nadur Edward Said qal li l-kunsill ma jridx li dawn l-iżbalji jiġu repetuti.

Edward Said qal “ma tistax tippretendi li tweġġa’ s-sentimenti ta’ min jista’ jkun marid u fuq il-każijiet li seħħew tgħallimna minnhom..dawk jitwaqqfu mill-pulizija u mill-uffiċjali tas-sigurtà.”

Għalkemm figuri li jistgħu jweġġgħu s-sentimenti reliġjużi mhux ser jitħallew, is-sindku qal li l-karnival tan-Nadur xorta ser jippermetti s-satira politika.

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li l-karnival tan-Nadur fl-ewwel ħamest ijiem ta’ Marzu għandu jerġa’ jkun attrazzjoni flimkien mal-karnival reġjonali. Dr Caruana qalet li s-sena li għaddiet huwa stmat li mat-30,000 ruħ attendew għal karnival fin-Nadur. Żiedet tgħid li l-kalendarju tal-attivitajiet f’Għawdex qiegħed dejjem jissaħħaħ u jżid il-viżitaturi.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvernijiet Lokali Silvio Parnis faħħar lill-kunsilli lokali li qegħdin jgħollu l-livell tal-attivitajiet tagħhom li bihom qed jattiraw iktar turiżmu u ġid ekonomiku.

Aħbarijiet Oħra
Televiżjoni u Radju

Il-programm Step by Step to Auschwitz rebaħ żewġ kategoriji fil-festival tal-films tal-Vegas Movie Awards li sar f’Las Vegas nhar it-Tnejn 13 ta’ Lulju. Fuq Facebook, il-produttur Jonathan Farrugia, spjega li l-kategoriji huma L-Aqwa…

Lokali

L-Uffiċjali tad-Dwana sabu €22,130 f’bagalja ta’ passiġġier fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Fi stqarrija, id-Dwana qalet li l-passiġġier kien ġej Malta minn Frankfurt, fil-Ġermanja. Wara li l-passiġġier ma ddikjarax il-flus li kellu…

COVID-19

Għall-ħames ġurnata konsekuttiva l-awtoritajiet tas-saħħa rrappurtaw li ma sabu l-ebda każ ġdid ta’ COVID-19 u ma kien hemm l-ebda persuna li fieqet biex b’hekk fadal ħames każi attivi f’Malta. L-awtoritajiet…

Ekonomija u Finanzi

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat, ikkonfermat li l-industrija Maltija kompliet tkun fost l-aħjar fl-Unjoni Ewropea. Dan meta minkejja l-pandemija, bejn April u Mejju 2020 kien hemm żieda ta’…

Aktar