Barranin
Attent x’sunblock tuża jekk sejjer vaganza fuq gżira eżotika

Pajjiżi magħrufa għall-bajjiet tagħhom se jkunu qed jipprojbixxu l-użu ta’ ċertu sunblocks li jagħmlu ħafna ħsara għall-ambjent marittimu tagħhom.

Il-gżejjer ta’ Palau u l-Hawaii diġà għaddew liġijiet biex iwaqqfu l-użu ta’ sunblocks li fihom numru ta’ kimiċi perikolużi għas-sikek tal-qroll, fosthom l-oxybenzone u l-octinoxate. Kimiċi oħra fis-sunblocks magħrufa li jagħmlu l-ħsara huma l-petrolatum u t-titanium dioxide.

Dawn il-kimiċi fis-sunblock jagħmlu ħsara lil qroll, għaliex iġibuh iktar suxxettibbli li jiċċara bix-xemx u jtellfu l-iżvilupp ta’ qroll ġdid.

Huwa kkalkulat li iktar minn tliet kwarti tas-sunblocks li jeżistu fihom kimiċi perikolużi. Kull sena bejn 6,000 u 14,000 tunnellata ta’ sunblock u jmorru f’żoni fejn hemm sikek tal-qroll.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Ingliża kellha triplets minkejja li kienet qed tieħu pillola li suppost kellha tkun kontraċettiv.  Hannah Donaghue ta’ 29 sena minn Northampton bdiet tieħu dawn il-pilloli 8 snin ilu wara li…

Barranin

Kulħadd xortih fid-dinja u jidher li l-qattus ta’ Karl Lagerfeld għandu xorti tajba. Chiupette għandu ċans li jiret mal-€172 miljun wara li sidu miet ilbieraħ fl-età ta’ 85 sena. Waqt…

Barranin

Jiftaħ uffiċjalment illum is-summit fil-Vatikan dwar il-prevenzjoni tal-abbużi sesswali fuq it-tfal, b’isqfijiet minn madwar 130 pajjiż. Din il-laqgħa għolja qed titqies bħala sforz ewlieni xprunat mill-Papa Frangisku biex tkun indirizzata…

Barranin

Shamima Begum, li ngħaqdet mal-grupp li jsejjaħ lilu nnifsu Stat Iżlamiku fis-Sirja meta kellha ħmistax-il sena, tilfet iċ-ċittadinanza tar-Renju Unit. L-avukat tal-familja Begum, qal li l-familja hija diżappuntata bid-deċiżjoni u…

Aktar