Kronaka
Attentat ta’ qtil f’Buġibba – il-pulizija tfittex l-aggressur

Il-Pulizija qed tfittex raġel mis-Serbja b’rabta ma’ allegat attentat ta’ qtil li seħħ ilbieraħ filgħaxija f’Buġibba. Il-vittma, li għandu 58 sena u huwa mit-Tramuntana tal-Maċedonja u għadu jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

Minn tagħrif li kiseb TVM jirriżulta li għall-ħabta tad-9.00pm, il-Pulizija ġiet infurmata mill-Isptar Mater Dei li raġel barrani mar fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta mimli dmija u aktar tard ittieħed l-isptar b’ambulanza. Il-Pulizija rnexxielha tistabilixxi li r-raġel allegatament qala’ xi daqqiet ta’ sikkina f’argument li seħħ fl-akwati ta’ Triq l-10 ta’ Frar u Triq il-Korp tal-Pijunieri, f’Buġibba.

Minnufih bdiet tfittxija għall-allegat aggressur, fl-akwati ta’ Buġibba u l-Qawra, iżda ma nstabx. Saret tfittxija wkoll fil-Mosta hekk kif daħlet informazzjoni li l-aggressur deher f’din il-lokalità.

Dwar il-każ inħatret inkjesta immexxija mill-Maġistrat Gabriella Vella. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-għada li l-Awtorità tal-Ippjanar wettqet azzjoni ta’ infurzar fuq fl-istallel fil-Marsa fejn kienu qed joqogħdu għexieren ta’ immigranti, is-sidien tagħhom jidher li żbarazzaw l-istallel. Sadanittant, TVM huwa infurmat li 37…

Lokali

Il-Mużew tal-Katidral fl-Imdina ngħata dimensjoni ġdida għax mhux ser jibqa’ biss post fejn ikunu esebiti artifatti prezzjużi iżda ser joffri opportunità ta’ tagħlim u post fejn artisti privati jesebixxu l-arti…

Ikel

Fl-Awstralja, l-ekoloġisti qed iwissu li n-numru ta’ kangaroos fis-selvaġġ m’għadux sostenibbli u qed iħeġġu lill-Awstraljani biex jieklu aktar laħam ta’ dan l-annimal li hu simbolu nazzjonali ta’ dan il-pajjiż imbiegħed….

Kultura

Għaddej b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol ta’ restawr fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt fejn qed isir restawr fuq is-soqfa tal-kurituri u li huma mogħnija bil-pitturi. Ix-xogħlijiet ta’ restawr ser jiffukaw ukoll fuq l-art…

Aktar