Barranin
Attivista għad-drittijiet LGBTIQ tinqatel fir-Russja

Attivista li kienet tikkampanja għad-drittijiet umani, b’mod partikolari għal persuni LGBTIQ, inqatlet viċin darha fir-Russja.

Il-katavru ta’ Yelena Grigoryeva, ta’ 41 sena, instab qalb siġar baxxi f’St Petersburg. Hija kellha diversi daqqiet ta’ sikkina u sinjali li ġiet fgata.

Ħbieb ta’ Grigoryeva qed jallegaw li kienet irċeviet theddid fuq ħajjitha, u li kienet irrappurtat lill-Pulizija. Midja Russa qalet li l-Pulizija qed iżżomm suspettat b’rabta mal-qtil.

Grigoryeva kienet tikkampanja wkoll kontra l-okkupazzjoni tal-Krimea, it-trattament ħażin tal-priġunieri, u kawżi umanitarji oħra.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tifel ta’ disa’ snin mill-Belġju mistenni jiggradwa mill-università u jikseb degree. Laurent Simons qed jistudja l-electrical engineering fl-Università tat-Teknoloġija f’Eindhoven, kors meqjus bħala wieħed iebes anke għal studenti ta’ età…

Barranin

F’esperiment straordinarju, il-linja tal-ajru Qantas kisret rekord dinji, hekk kif irnexxielha ttir minn Londra għal Sydney, b’mod dirett. It-titjira, li kienet twila kważi 18,000 kilometru, damet għaddeja 19-il siegħa, u…

Barranin

Żewġ żgħażagħ inqatlu, u tlieta oħra ndarbu, wara li student spara fuq sħabu fi skola sekondarja f’Kalifornja. L-isparatura seħħet f’Saugus High School f’Santa Clarita, fit-Tramuntana ta’ Los Angeles, ftit tal-minuti…

Barranin

Wara 48 siegħa jgħixu mumenti mill-aktar drammatiċi, ir-residenti u s-sidien tan-negozji f’Venezja ħadu ftit tan-nifs hekk kif stenbħu f’temp bnazzi u bil-livell tal-ilma inqas mir-rekord ta’ kważi żewġ metri fis-sigħat…

Aktar