Edukazzjoni
Attivitajiet għat-tfal waqt il-btajjel fiċ-ċentru tax-xjenza Esplora

Tfal mill-Kottonera u oħrajn li qegħdin fid-djar tat-tfal ingħataw l-opportunità li jieħdu sehem f’attivitajiet fiċ-ċentru tax-xjenza Esplora. Għall-btajjel tal-Għid, qed ikunu organizzati wkoll attivitajiet u workshops għall-familji. Żorna ċ-ċentru u tkellimna ma’ wħud mit-tfal li kienu qed jieħdu gost jesperimentaw ix-xjenza.

Tfal u adolexxenti qed jaraw u jmissu b’idejhom kunċetti xjentifiċi fiċ-ċentru Esplora fejn qed isiru sensiela ta’ attivitajiet u workshops dwar ix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika, ilkoll suġġetti meħtieġa fil-karrieri tal-lum.

Iċ-ċentru Explora fil-Kalkara qed joffri programm imħawwar ta’ attivitajiet għall-btajjel tal-Għid li jinkludu workshop fuq ir-robotika u oħrajn li jesploraw id-dinja maġika tax-xjenza permezz ta’ logħob għat-tfal u l-familji.

Hemm ukoll għadd ta’ esebizzjonjiet li jissimplifikaw kunċetti xjentifiċi lit-tfal, u l-Planetarium qed juri produzzjonijiet awdjo-viżivi dwar id-dinja u l-univers.

Iċ-chairperson tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknologija li jmexxi ċ-ċentru Explora, Jeffery Pullicino Orlando qal li f’dawn is-sentejn daċ-ċentru wera b’mod konkret kif il-perċezzjonijiet li għandhom xi wħud dwar ix-xjenza jistgħu jingħelbu.

Dal-programm għall-familji fiċ-ċentru Esplora ser jibqa’ għaddej tul il-btajjel tal-Għid u joffri opportunità divertenti u edukattiva għat-tfal u l-adolexxenti.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Jidher li l-partiti għamlu ħidma akbar biex jiġu eletti aktar nisa eliġibbli għall-kandidatura anke fost il-partiti ż-żgħar fuq livell Ewropew. Il-Professur Carmen Sammut qalet li fuq livell Ewropew, il-“family friendly…

Politika

Il-Membru Parlamentari għall-Partit Laburista Alex Muscat qal li r-riżultat ta’ din l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew huwa l-ewwel ġudizzju tal-poplu wara l-każ Egrant. Dan Alex Muscat qalu waqt il-programm Insights immexxi mill-ġurnalista…

Politika

F’kollegament dirett ma’ TVM, fuq il-programm Insights immexxi mill-ġurnalista Norma Saliba, l-uffiċjal tal-Partit Laburista Louis Gatt, qal li ħarġu xi riżultati proviżorji mill-ewwel għadd tal-voti. Dr Miriam Dalli għall-Partit Laburista…

Aktar