Barranin
Attriċi Ingliża rrapportata nieqsa f’Los Angeles

L-attriċi Ingliża Tanya Fear (xellug) ġiet irrapportata nieqsa f’Los Angeles.

L-attriċi Ingliża li dehret fid-drama tal-BBC Doctor Who dehret l-aħħar il-Ħamis li għadda.

Il-ħbieb u l-qraba tagħha qegħdin iħeġġu l-użu tal-hashtag #FindTanyaFear fuq il-midja soċjali biex tinġabar informazzjoni dwar l-għajbien tat-tfajla ta’ 31 sena.

Il-maniġer tal-attriċi, Alex Cole qal lil ABC News li Fear kienet tidher li tinsab tajba meta ltaqa’ magħha l-ġimgħa l-oħra.

Huwa żied jgħid li l-attriċi kellha bidu tajjeb ħafna fil-karriera tagħha u jinsabu mħassbin ħafna dwarha u qed jittamaw li dan hu żball żgħir u li jsibuha malajr.

L-attriċi li isimha proprju huwa Tanyaradzwa Fear, dehret ukoll fuq is-sensiela televiżiva Spotless, Endeavour, DCI Banks u Midsomer Murders.

Il-Pulizija ta’ Los Angeles ikkonfermaw li sar rapport dwar l-għajbien tagħha l-Ħamis li għadda.