Barranin
Atturi jibdew bojkott fuq liġi li tillimita l-abort fi stat Amerikan

Għadd imdaqqas ta’ atturi bdew bojkott fuq liġi ġdida kontra l-abort fl-istat tal-Georgia, fl-Istati Uniti. Il-liġi, li ġiet iffirmata mill-Gvernatur tal-istat, tagħmel l-abort illegali f’ħafna każijiet meta jkunu għaddew sitt ġimgħat mit-tqala.

Oġġezzjoni ewlenija hija li sa sitt ġimgħat ħafna nisa lanqas biss ikunu jafu li huma tqal, hekk kif is-sintomi spiss jidhru iktar tard.

F’ittra lill-Ispeaker tal-Kamra u l-Gvernatur li bagħtu f’Marzu, l-atturi kienu ddikjaraw li jekk din il-liġi tgħaddi, se jagħmlu dak kollu fil-poter tagħhom biex jimminaw l-industrija tal-films fil-Georgia u jġiegħluha tmur fi stati oħra.

Kien hemm total ta’ 50 attur li ffirmaw l-ittra. Dawn jinkludu lil Alyssa Milano, Amy Schumer, Christina Applegate, Alec Baldwin u Sean Penn.

Skont l-Uffiċju tal-Gvernatur tal-Georgia, is-sena l-oħra l-industrija tal-films u t-televiżjoni kkontribwiet $2.7 biljun għall-ekonomija tal-istat, hekk kif fih inħadmu films kbar bħal The Hunger Games u s-serje The Walking Dead, fost oħrajn.

Atturi oħrajn ukoll esprimew ruħhom kontra din il-liġi, kif għamlet ukoll l-organizzazzjoni Writers Guild of America.

Minkejja li l-liġi skedata li tidħol fis-seħħ f’Jannar li ġej, din xorta waħda mistennija ssib ostakli minn proċeduri ġudizzjarji, hekk kif liġijiet simili li għaddew fi stati oħrajn bħal Mississippi ġew imwaqqfa mill-Qrati.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fir-Renju Unit telgħu għal tmienja l-politiċi s’issa, li daħlu fit-tellieqa biex jieħdu post Theresa May bħala Mexxej tal-Partit Konservattiv wara li ħabbret li se tirriżenja fi żmien ġimagħtejn oħra. Il-mexxej…

Barranin

21 stat membru tal-Unjoni Ewropea llum qed jivvotaw biex jeleġġu l-ewroparlamentari li se jirrapreżentaw lill-pajjiżhom fil-Parlament Ewropew. Il-Ħamis ivvutaw l-Olanda u r-Renju Unit li kellu jipparteċipa f’dawn l-elezzjonijiet minħabba li…

Barranin

Fir-Renju Unit bdiet it-tellieqa għall-mexxej tal-Partit Konservattiv li jmiss, wara li lbieraħ, Theresa May ħabbret li se tirriżenja x-xahar id-dieħel. Din l-elezzjoni mhux se tirriżulta biss f’mexxej ġdid tal-partit, imma…

Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Aktar