Avjazzjoni
Avion Express b’kumpanija sussidjarja f’Malta

L-ikbar kumpanija tal-avjazzjoni fil-Litwanja Avion Express ingħatat iċ-ċertifikazzjoni mingħand Transport Malta biex tibda topera kumpanija sussidjarja f’Malta.

Il-Ministru Ian Borg qal li fi Tweet li din hija s-36 kumpanija li hija ċċertifikata biex topera f’dan il-qasam minn Malta u b’hekk ir-reġistru tal-kumpaniji tal-avjazzjoni komplew jiżdiedu għal 322.

Fi stqarrija, Transport Malta qalet li Avion Express Malta se tibda topera b’ċertifikat Malti fil-jiem li ġejjin.  Żiedet tgħid li l-ewwel ajurplan ta’ din il-kumpanija se jkun Airbus A320 b’reġistrazzjoni 9H-AMA.

Avion Express hija l-ikbar operatur fid-dinja li tikri ajruplani narrow-body.  Twaqqfet fl-2005 u għandha dħul ta’ €80 miljun fis-sena.  Il-kwartieri tagħha jinsabu f’Vilnius, iżda bħala parti mill-espansjoni tal-operat qed tiftaħ kumpanija sussidjarja f’Malta.

Din is-sena Avion Express ħabbret li se tkun qed topera 22 ajruplan tat-tip Airbus A320, l-ikbar flotta li qatt kellha l-kumpanija kemm ilha mwaqqfa.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Jidher li l-partiti għamlu ħidma akbar biex jiġu eletti aktar nisa eliġibbli għall-kandidatura anke fost il-partiti ż-żgħar fuq livell Ewropew. Il-Professur Carmen Sammut qalet li fuq livell Ewropew, il-“family friendly…

Politika

Il-Membru Parlamentari għall-Partit Laburista Alex Muscat qal li r-riżultat ta’ din l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew huwa l-ewwel ġudizzju tal-poplu wara l-każ Egrant. Dan Alex Muscat qalu waqt il-programm Insights immexxi mill-ġurnalista…

Politika

F’kollegament dirett ma’ TVM, fuq il-programm Insights immexxi mill-ġurnalista Norma Saliba, l-uffiċjal tal-Partit Laburista Louis Gatt, qal li ħarġu xi riżultati proviżorji mill-ewwel għadd tal-voti. Dr Miriam Dalli għall-Partit Laburista…

Aktar