Barranin
Avukat fl-Eġittu jeħel il-ħabs talli ħeġġeġ lill-irġiel biex jistupraw in-nisa

Avukat fl-Eġittu kien ikkundannat tliet snin ħabs wara li nstab ħati li inċita l-istupru, meta f’xandira telviżiva qal li l-irġiel għandhom dmir li jistupraw lin-nisa li jilbsu ‘jeans’ imqatta’.

F’Ottubru li għadda Nabih al-Wahsh qal li nisa li jilbsu jeans imqatta’ jkunu qed jistiednu lill-irġiel biex jagħtuhom fastidju. Żied jgħid li meta mara timxi fit-triq b’nofs il-warrani barra, l-irġiel għandhom dmir patrijottiku li jagħtuha fastidju u dmir nazzjonali li jistuprawha.

Il-kummenti qajmu kontroversja qawwija, bil-Kunsill Nazzjonali tad-Drittijiet tan-Nisa jiddeskrivih bħala sejħa għall-istupru li tmur kontra dak kollu fil-kostituzzjoni.

Minbarra tliet snin ħabs al-Wahsh kien immultat ukoll 20,000 liri Eġizzjani.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President tat-Turkija Recep Tayyip Erdogan ħeġġeġ lill-Mexxejja tan-Nazzjonijiet Musulmani jirrikonoxxi lil Ġerusalemm bħala l-kapitali okkupata tal-istat Palestinjan. Waqt summit tal-organizazzjoni tal-koperazzjoni Iżlamika, huwa qal li d-deċiżjoni Amerikana li tirrikonoxxi Ġerusalemm…

Barranin

Fl-Italja għargħar laqat it-tramuntana tal-pajjiż b’mijiet ta’ nies kellhom jevakwaw darhom b’oħrajn ifittxu kenn f’bini għoli biex jevitaw l-ilmijiet qawwija. L-ilmijiet laqtu l-iktar lill-ibliet ta’ Lentigione u Brescello fir-reġjun ta’…

Barranin

Fl-Istati Uniti, l-aggressur Akayed Ullah, li huwa akkużat b’attakk terroristiku fi stazzjon nhar it-Tnejn li għadda f’Manhattan fi New York, ippostja messaġġ fuq il-midja soċjali indirizzat għall-President Amerikan Donald Trump…

Barranin

Splużjoni kbira f’impjant tal-gass fl-Awstrija ħalliet persuna mejta u minn tal-anqas 18 feruti. L-isplużjoni li seħħet għall-ħabta tad-8.45 ta’ dalgħodu fis-sit Baumgarten ikkawżat ukoll in-nirien, bl-awtoritajiet iżda jgħidu li s-sitwazzjoni…

Aktar