Qorti
ARA: Avukat jispiċċa l-Qorti wara li nstab fil-pussess tad-droga u darab Surġent

Avukat ta’ 36 sena nżamm arrestat wara li qed jaffaċċja akkużi li nstab b’pussess ta’ droga kokaina, ħebb għaż-żewġ ħutu, qabeż fuq karozza, għamel ħsarat fuq mutur, u hedded u darab ħafif surġent tal-pulizija.

L-Avukat Libjan Mazen Mohamed Tumi, kiser il-kundizzjoni tal-ħelsien mill-arrest fuq każijiet separati fejn fost oħrajn qed jaffaċċja akkużi ta’ ħsarat f’żewġ lukandi u appartament b’danni ta’ 47 elf ewro.

Il-Libjan, residenti tas-Sliema u ilu jgħix f’Malta ma’ qrabatu mill-2011 wara r-Rebbiegħa Għarbija, m’ammettiex l-akkużi kontrih, bid-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello, poġġiet lill-imputat taħt ordni ta’ trattament biex jirrijabilita mill-vizzju tad-droga. Il-Libjan inżamm arrestat fit-Taqsima Forensika tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

tvm.com.mt għatta ġesti oxxeni li għamel l-imputat fil-konfront tal-ġurnalisti barra l-binja tal-Qorti.

 

Aħbarijiet Oħra
Gazzetti

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 18 ta’ Awwissu 2019: Fl-ewwel paġna ta’ Times of Malta insibu ritratt tas-sit fejn hu propost li jinbena kumpless ta’ garaxxijiet…

Knisja Maltija

Tfaqqa kontroversja taħraq dwar il-kwadri fil-Knisja ta’ Ħal Kirkop. Dan wara li fil-festa ta’ San Ġużepp, ix-xahar li għadda l-Kappillan ħabbar li l-Kurja approvat li l-pittura tal-Madonna tad-Duluri li hemm…

Sport

Minn footballer professjonali għal DJ idur mad-dinja b’tours relatati mal-mużika. Dan mhu ħadd ħlief l-ex plejer internazzjonali Taljan, l-attakkant Christian Vieri. Huwa kien Malta għal ftit ħin fejn kien fost…

Kurżitajiet

F’Hollywood tħabbret il-mewt tal-attur u producer Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Huwa miet wara battalja mal-kanċer. Fonda jibqa’ l-iktar magħruf għall-film li ħadem fih, kiteb u produċa fl-1969 –…

Aktar