Lokali
Avukati minn 35 pajjiż jiggradwaw fil-liġi marittima minn Malta

Malta ħadet isem fit-taħriġ ta’ professjonisti fil-liġi marittima internazzjonali permezz ta’ istitut li jopera mill-Universitaà taħt l-awspiċi tal-Organizazzjoni Marittima Internazzjonali, l-IMO, li hi waħda mill-aġenziji speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Magħquda. Fi tletin sena, mill-Istitut iggradwaw ‘il fuq minn elf persuna, minn mija sitta u erbgħin pajjiż, li kollha speċjalizzaw f’diversi aspetti tal-liġijiet internazzjonali tal-baħar.

Sebgħa u erbgħin student għadhom kemm temmew l-istudji tagħhom u ggradwaw f’ċerimonja fil-Mużew Marittimu, fil-Birgu.

Seba’ u erbgħin avukat minn ħamsa u tletin pajjiż iggradwaw fil-liġi marittima internazzjonali mill-istitut internazzjonali tal-liġi Marittima fi ħdan l-Universita’ ta’ Malta.

Id-direttur tal-istitut, il-Professur David Attard, qal li l-enfasi tal-istitut hi fuq ir-riċerka u l-qsim ta’ għarfien minn esperti Maltin u internazzjonali li jagħtu l-kontribut tagħhom fit-tfassil tal-kurrikulu akkademiku fl-oqsma tal-liġi tal-baħar, l-leġislazzjoni marittima ambjentali, l-leġislazzjoni kummerċjali u l-liġijiet dwar is-sigurtà marittima fost oħrajn.

“Qed nara l-futur fir-robotika, vapuri li ma jkollhomx krew, vapuri li jaħdmu fuq intelliġenza artifiċjali. Dawn huma sfidi kollha li għandhom bżonn regoli ġodda, allura se jkun hawn sfidi kbar fit-tletin sena li jmiss,” qal id-Direttur.

Il-Professur Attard qal li l-istitut jipprovdi aċċess għall-taħriġ speċjalizzat lill-avukati minn pajjiżi li qed jiżviluppaw biex javvanzaw fit-taħriġ, l-istudji u r-riċerka fil-leġislazzjoni marittima internazzjonali. Qal li nofs il-postijiet huma rriservati għan-nisa. Fost il-gradwati, din is-sena tliet Maltin.

“L-element internazzjonali huwa sabiħ, tagħmel ħbieb u anki tagħmel kuntatti ġodda jgħuinuk utaqsam esperenzji ħodda u anki l-elementi prattiċi tal-ħajja għax huma jaraw xi problemi u aspetti simili li anki għandha Malta ara ttrattawhom hekk u taqsam ideat u tikber f’dak is-sens fuq livell akkademiku u anki fuq livell professjonali, ” qal il-gradwat Matthew Cassar.

“Guatemala is in Central America and we have access to both oceans, the Atlantic and also the Pacific oceans, and having the knowledge that I have acquired here gives me the opportunity to help my country to implement everything that I have learnt,” qalet il-gradwata Kamilya Barrientos.

Ippresieda ċ-ċerimonja il-President George Vella, u s-Segretarju Ġenerali tal-Organizazzjoni Marittima Internazzjonali, Kitack Lim.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela elenka l-importanza li jkun hemm ħidma u governanza konġunta minn pajjiżi madwar id-dinja biex jindirizzaw l-isfidi li qed jaffetwaw l-oċeani u t-tbaħħir.

Aħbarijiet Oħra
Budget

B’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Joseph Muscat ma’ wieġeb xejn fuq is-sitwazzjoni tal-għalliema, tal-middle class, tal-popolazzjoni tiżdied, fuq il-problemi tal-banek u fis-settur tal-gaming. Fuq…

Ambjent

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, waqt li rtira l-emenda oriġinali tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, ressaq emenda ġdida li permezz tagħha l-Parlament Malti iddikjara emerġenza fil-klima, bil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u Ippjanar tal-Iżvilpp jinbidel…

Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Aktar