Lokali
Avvanzat ix-xogħol fuq l-istallazzjoni ta’ tined kbar fil-Foss ta’ San Ġakbu

Il-venda ewlenija tal-karozzi tal-linja fil-Foss ta’ San Ġakbu qed tiġi mgħammra b’żewġ tined kbar biex joffru kenn mill-elementi għall-passiġġieri li jkunu qed jistennew il-vettura li jridu jaqbdu biex teħodhom għad-destinazzjoni tagħhom. Taħt it-tined se jitwaħħlu monitors b’informazzjoni għall-passiggieri fost oħrajn dwar ir-rottot u l-ħinijiet tat-tluq tal-vjaġġi.

Fil-Foss ta’ San Ġakbu l-Belt, qed jiġu stallati żewġ tined biex joffru kenn mill-elementi tan-natura għall-passiġġieri li jkunu qed jistennew il-karozza tal-linja.

Il-Perit tal-proġett Antoinette Conti qalet li ż-żewġ strutturi magħmula minn ħadid u ħġieġ, bejniethom għandhom tul ta’ 200 metru. Dawn se jkopru l-venda li fiha erbatax-il daħla għall-karozzi tal-linja. Żiedet tgħid li fil-proġett mhux se jinqalgħu siġar billi t-tinda se ddur madwarhom waqt li se jiżdied id-dawl.

“Din l-infrastruttura li qed nistallaw fit-terminus tal-belt se tkun tinkorpora fiha monitors li jistgħu jagħtu informazzjoni lil min qed juża t-trasport pubbliku dwar scheduling etc.”

L-uffiċjal ta’ Transport Malta responsabbli mit-trasport pubbliku, Ivan Pierre Vella, qal li d-disinn sar biex ikollu l-inqas impatt viżiv fuq is-swar. Il-proġett mistenni jiswa madwar €400,000.

Dwar l-użu tat-trasport pubbliku, is-Sur Vella qal li fl-aħħar sentejn kien hemm żieda ta’ 11 fil-mija kull sena fil-passiġġieri li użaw tal-linja u jidher li din ix-xejra ser tkompli din is-sena wkoll.

“Qed isir assessment tar-rotot biex naraw il-capacity kif qed tolqot ma dak li qed jigi provdut. F’Awwissu għamilna emendi u żieda fil-frekwenza u l-pjani huma li nkomplu b’dawn iż-żidiet fil-futur qrib.”

L-uffiċjal ta’ Transport Malta qal li għadu kif ġie stallat bus shelter f’Bieb il-Bombi li qal ħoloq standard ġdid f’dan il-qasam.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li hu għadu l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. “Kien hemm aħbarijiet fuq il-midja li diġà Kap tal-Oppożizzjoni ġdid u ssemmiet l-Onorevoli Therese…

Politika

Fl-aħħar sigħat il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ ma’ diversi deputati tal-Partit Nazzjonalista fil-Palazz ta’ Sant’ Anton. Fost id-deputati li diġà kellhom laqgħa mal-President Vella kien hemm Beppe Fenech Adami,…

Politika

Il-vot ta’ sfiduċja f’Adrian Delia mid-deputati Nazzjonalisti ħoloq xenarji ġodda b’opinjonisti jgħidu li din is-sitwazzjoni kompletament ġdida fl-istorja politika ta’ Malta. Fil-programm Ras imb’ Ras fuq TVM, l-opinjonist Dr Mario…

COVID-19

Il-COVID-19 u x-xogħol ġew diskussi minn mexxejja minn madwar id-dinja f’summit virtwali organizzat mill-Għaqda Dinjija tax-Xogħol, l-ILO. Fil-fehma tal-kap tal-organizazzjoni, il-pandemija tefgħet id-dinja tax-xogħol fi kriżi bla preċedent. F’messaġġ waqt…

Aktar