Lokali
Avvanzi fil-kura u fit-trattamenti tal-awtiżmu

Konsulent internazzjonali dwar l-awtiżmu jinsab Malta biex jaġġorna lill-awtoritajiet dwar avvanzi li saru fil-qasam tal-kura għall-awtiżmu.

Il-konsulent u l-espert internazzjonali dwar l-awtiżmu, Andy Shih, jemmen li l-avvanżi fir-riċerka dwar l-awtiżmu se jwasslu għal għarfien aktar preċiż dwar il-kawżi, id-dijanosi u t-trattamenti għal din il-kundizzjoni.

Waqt li jinsab Malta fuq stedina tal-Fondazzjoni Marigold, Dr Shih qal li l-progress kontinwu fil-qasam tal-ġenetika u n-neoroimaging qed iwitti t-triq għall-modi innovattivi fit-trattamenti u l-kura tal-awtiżmu.

Dr Andy Shih qal li “new technologies and opportunities, for example in diagnosing autism through biological means rather than behavioral means… things like eye tracking and MRIs that have shown to be promising at this point, so we are looking forward to that, and as far as support and social services, the trend right now is going more towards community based”.

Ic-Chairperson tal-Fondazzjoni Marygold, Michelle Muscat akkumpanjat lil Dr Shih waqt żjara fl-iskills Space f’Tas- Sliema. Il-bini li huwa amministrat mill-Aġenzija Sapport, huwa ddedikat għall-ħtiġijiet ta’ dawk li għandhom din il-kundizzjoni jew li għandhom diżabbilitajiet oħra li jigu mgħejjuna jiksbu l-ħiliet bażiċi.

Dr Andy Shih qal li “I’m extremely exited about the general program that I have seen so far in Malta, they are really progressive”.

Is-sinjura Muscat, qalet li l-għan taż-żjara ta’ Dr Shih se tkun fuq kif għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fil-qasam għandhom ikunu mgħejjuna biex jimmasimizzaw il-ħidma tagħhom. Qalet ukoll li ż-żjara se tkun strumentali biex ikunu evalwati s-servizzi tal-Gvern f’dan il-qasam.