Barranin
Awstraljani li jmorru lura pajjiżhom mill-Indja jistgħu jintbagħtu l-ħabs

Ċittadini Awstraljani li jmorru lura f’pajjiżhom mill-Indja jistgħu jaffaċċjaw ħabs u multa.

Min-nhar it-Tnejn li ġej huwa illegali d-dħul fil-pajjiż mill-Indja. Kull min jikser din il-liġi jista’ jeħel sa ħames snin ħabs kif ukoll multa.

Aktar kmieni din il-ġimgħa l-Awstralja pprojbixxiet it-titjiriet kollha mill-Indja. Huwa stmat li bħalissa hemm madwar 9,000 ċittadin Awstraljan fl-Indja, li 600 minnhom huma vulnerabbli.

Il-Ministru għas-Saħħa Awstraljan qal li din id-deċiżjoni ttieħdet wara li ġiet evalwata s-sitwazzjoni tan-nies li jinsabu fil-kwarantina u li nstabu pożittivi għall-COVID-19 waqt li kienu fl-Indja.