Temp
Awwissu qatt ma ħamel lilu nnifsu! Illum inħasset 40°C

Jekk illum ħassejt ħafna sħana, normali għall-aħħar!. L-Uffiċċju Meteoroloġiku qal li l-ogħla temperatura kienet 37 grad celcius, u kienet tinħass daqs 40 grad. Iżda mhix f’Malta biss!

Il-Malti jgħid li “Awwissu qatt ma ħamel lilu nnifsu”, għax dan ix-xahar magħruf għas-sħana qawwija, umdità u xi kultant saħansitra xi maltempata tajba għall-għarrieda. S’issa ebda sinjali minn tal-aħħar, u t-temperaturi għoljin tal-aħħar jiem wasslu biex id-Direttorat għas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard iwissi lill-pubbliku jieħu ħsieb saħħtu.

Id-direttorat qal li t-temperaturi għoljin jikkawżaw telf ta’ ilma mill-ġisem b’rata mgħaġġla li jista’ jwassal għal nixfa. Dan jista’ jikkawża eżawriment jew strokes. Ħadd mhu eżenti minn dawn l-effetti iżda r-riskju hu ogħla fl-anzjani, trabi, tfal żgħar, nies b’kundizzjonijiet kroniċi u nies attivi fiżikament.

Id-direttorat għas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard jirrakkomanda li wieħed ma jesponix ruħu għax-xemx bejn il-ħdax ta’ filgħodu u l-erba’ ta’ waranofsinhar u jekk meħtieġ hu suġġerit li wieħed jimxi fid-dell, jagħmel krema protettiva u jilbes kappell. Ġie suġġerit li toqgħod fil-partijiet friski tad-dar jew il-post tax-xogħol, u tagħlaq il-purtieri tal-kmamar li jiffaċċjaw ix-xemx. Pariri oħra huma biex tixrob l-ilma regolarment, tevita likwidi li jwasslu għal nixfa u tilbes ħwejjeġ ħfief.

Is-sħana qawwija mhix taffettwa biss lill-gżejjer Maltin. Diversi pajjiżi Ewropej bħal Ġermanja, Spanja, Italja u Franza għaddejjin minn dik li qed tissejjaħ bħala mini-heatwave bil-kundizzjonijiet iggravati minħabba l-ilbies tal-maskri biex jipprevjenu l-firxa tal-Covid-19.

Fl-Italja, it-temperaturi għolja f’Sardinja u fir-reġjun ta’ Abbruzzo wasslu biex nirien jinfirxu b’rata mgħaġġla hekk kif il-mewġa ta’ sħana wasslet biex it-temperaturi jitilgħu għall-kważi erbgħin grad celsuis. Il-Ġermanja wkoll qed tifaċċja temperaturi għolja qrib l-erbgħin grad celsuis filwaqt li bħall-pajjiżi l-oħra qed tissielet wkoll żieda fil-każi ta’ infezzjonijiet tal-Covid.

Esperti metereoloġiċi qalu li l-mewġa tas-sħana kienet ikkaġunata minn arja sħuna mill-Afrika u mistennija tbatti ftit mill-bidu ta’ din il-ġimgħa.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-WasteServ qalet li l-ġbir tal-ħġieġ għar-riċiklaġġ huwa amministrat minn żewġ skemi privati, li huma responsabbli li jiġbru ħġieġ segregat. Il-kumpanija qalet li avżat lil dawn l-iskemi li mhux se taċċetta…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela sejjaħ laqgħa mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali skedata għal nhar il-Ħamis li ġej, biex tkun diskussa l-pożizzjoni ta’ Malta fl-isfond tal-pandemija Covid-19. Fi stqarrija maħruġa…

COVID-19

L-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw 16-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 1,502 swab test. B’hekk il-każi attivi ta’ Coronavirus f’Malta telgħu għal 215, hekk kif ħadd…

Immigrazzjoni

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo qal li l-ħidma tal-Gvern wasslet biex minn Marzu ‘l hawn mat-3,000 immigrant irregolari twaqqaf milli jiġi f’Malta. Fi stqarrija fuq il-midja soċjali, huwa qal li…

Aktar