Lokali
Azzopardi jgħid li ma kienx qed jirreferi għall-Ministru Abela fl-aħħar tal-post tiegħu iżda għal ex politiku

Dalgħodu kompla jinstema’ l-każ ta’ libell li l-Ministru Carmelo Abela fetaħ kontra d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi dwar kitba fuq il-media soċjali li fiha implika lill-Ministru Abela fl-attentat tal-hold-up tal-HSBC.

Quddiem il-maġistrat Rachel Montebello, id-deputat nazzjonalista Jason Azzopardi xehed li fl-aħħar linja tal-post tiegħu ma kienx qed jirreferi għall-Ministru Abela iżda għal ex politiku. Dakinhar huwa kiteb “Aħjar il-qabar ta’ Kristu milli nkun kompliċi f’telefonati biex jiġu mhedda xhieda ta’ hold up, b’telefonati fuq Signal mill-mandant”.

Mistoqsi dwar dini l-parti tal-post tiegħu mill-Avukat Pawlu Lia, Azzopardi qal: “L-aħħar ħaġa li għidt, m’għedtiex lir-rikorrent (Abela) imma nista’ ngħid li meta kont qed nirreferi għall-kollega, kont qed nirreferi għa eks-politiku,” qal Azzopardi.

Dr Azzopardi offra li jixhed fil-magħluq biex jagħti iktar dettalji f’dan ir-rigward.