Kisbiet
B’Aaron tieħu sehem fl-aktar kompetizzjoni Ewropea prestiġjuża tal-klieb

Tfajla ta’ 14-il sena ħadet sehem fl-aktar kompetizzjoni Ewropea prestiġjuża tal-klieb. Bil-kelb tagħha Aaron, li huwa tar-razza Basanji mill-Kongo, Riona Manicaro tħares ‘il quddiem li tikseb iżjed suċċessi.

Riona Manicaro fl-età ta’ 14-il sena qed titqies bħala waħda mill-ġenerazzjoni futuri tad-dog handlers. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, hija spiċċat mal-aqwa sitt handlers fl-Ewropa fil-kompetizzjoni tal-‘Euro Dog Show” fl-Awstrija. Kuntrarjament għal kompetizzjonijiet oħra tal-klieb, mhux il-kelb ġie aġġudikat imma d-dog handler.

“Il-ġurija jiġġudikawni kemm jiena kapaċi noħroġ l-aħjar tal-kelb. Jien għandi regoli li rrid insegwi bħal li jien ma niġix bejn il-kelb u l-ġurija. Din hija waħda mill-ikbar regoli tal-handling. Hemm oħrajn kif turi snien il-kelb…waqt li kont fil-Junior handling il-kelb irrid nuri r-razza tiegħu, inkun naturali kemm nista’ imma fl-istess ħin naqla’ lill-kelb, din hija d-differenza.”

Fl-Awstrija, hija ħadet sehem bil-kelb tagħha tar-razza Basanji.

“Jismu Aaron u għandu sentejn u nofs tar-razza Bazenji li hu oriġnat mill-Kongo fl-Afrika. Huma klieb li ma jinbħux u vera ndaf għax inaddfu lilhom infushom u klieb simpatiċi … Nibdielhom meta jkun żgħar, meta jkollhom dawk ix-xahrejn għax meta tħarreġ lill-kelb meta jkun żgħir il-kelb se jitgħallem iktar malajr u jkun mgħallem għal ħajtu kollha … inħarriġhom kuljum u nagħmel kwarta fuq kull kelb.”

In-namra ta’ Riona li tieħu sehem f’dawn il-kompetizzjonijiet bdiet 6 snin ilu meta kellha 8 snin. Riona qalet li l-ambizzjoni tagħha hija li s-sena d-dieħla mhux biss tieħu sehem f’kompetizzjonijiet tal-handlers iżda li tirbaħ.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Tfaqqa kontroversja taħraq dwar il-kwadri fil-Knisja ta’ Ħal Kirkop. Dan wara li fil-festa ta’ San Ġużepp, ix-xahar li għadda l-Kappillan ħabbar li l-Kurja approvat li l-pittura tal-Madonna tad-Duluri li hemm…

Sport

Minn footballer professjonali għal DJ idur mad-dinja b’tours relatati mal-mużika. Dan mhu ħadd ħlief l-ex plejer internazzjonali Taljan, l-attakkant Christian Vieri. Huwa kien Malta għal ftit ħin fejn kien fost…

Kurżitajiet

F’Hollywood tħabbret il-mewt tal-attur u producer Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Huwa miet wara battalja mal-kanċer. Fonda jibqa’ l-iktar magħruf għall-film li ħadem fih, kiteb u produċa fl-1969 –…

Edukazzjoni

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi qal li wara kampanija li nieda żdied sew l-interess għal korsijiet full-time li joffri. L-ITS qal li kellu żieda ta’ iktar minn 50% fl-applikazzjonijiet meta mqabbel mas-sena…

Aktar