Traffiku
Baċir 7 jinfetaħ għal ħinijiet itwal filgħaxija

Infrastructure Malta qed tavża li Baċir Numru 7, bejn il-Marsa u Raħal Ġdid se jibda jkun miftuħ għal ħinijiet itwal filgħaxija, waqt li l-ħinijiet ta’ filgħodu se jinżammu l-istess.

Il-baċit huwa rotta aktar veloċi lejn Raħal Ġdid u lokalitajiet oħra fl-inħawi, sakemm għaddej il-proġett tal-Marsa Junction u dak tal-mini taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija.

Il-ħinijiet ġodda waranofsinhar huma mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mis-1.00pm sas- 7.oopm ta’ waranofsinhar, lejn in-naħa t’isfel; jiġifieri mill-Marsa lejn Raħal Ġdid.

Il-ħinijiet ta’ filgħodu mit-Tnejn sal-Ġimgħa huma mis-6.00am sad-9:30am fid-direzzjoni in-naħa ta’ fuq; jiġifieri minn Raħal Ġdid lejn il-Marsa.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-mediċina u l-ikel huma fost l-aktar prodotti essenzjali li mingħajrhom Malta ma tgħaddix fi żmien ta’ pandemija. Tliet xufiera Maltin li jaħdmu ma’ kumpanija lokali tal-loġistika rifsu Malta għall-ewwel darba…

Lokali

Fil-fehma tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, il-Professur Andrew Azzopardi, il-ġlieda kontra d-droga u l-kultura tal-flus huma kruċjali biex iż-żgħażagħ ma jaqbdux it-triq tal-kriminalità li studju juru li jekk jidħlu fiha minn…

Kronaka

Il-pulizija qed tfittex raġel li wara nofsinhar daħal jisraq minn dar ta’ anzjana f’San Ġiljan. Il-pulizija qalet li ġiet informata bis-serqa minn residenza fi Triq Ċensu Tabone li tinsab fiż-żona…

Infrastruttura

Dik li kienet il-Biċċerija l-Antika lejn in-naħa t’isfel tal-Belt, mix-xahar id-dieħel se tkun il-Valletta Design Cluster – proġett li ser ikun wirt ieħor li jibqa’ minn fost kullana ta’ inizjattivi…

Aktar