Budget
Baġit 2019: Għajnuna lil persuni waħedhom li jsibuha diffiċli jisselfu mill-bank għal xiri ta’ propjetà

Il-Ministru Sciclunan semma’ wkoll riforma oħra mmirata lejn dawk li għandhom 40 sena u aktar u li propju minħabba l-età u d-dħul finanzjarju ta’ persuni waħedhom, isibuha diffiċli biex jissellfu l-flus minn bank biex jixtru propjetà ġdida.

Filwaqt li l-persuna tkun tista’ tħallas mhux anqas min-nofs il-prezz tal-propjetà, se jkun possibbli li l-bank isellef il-kumplament tan-nefqa u l-persuna tħallas is-self fuq numru ta’ snin.

Il-Gvern se jkun qed iħallas l-imgħaxx għal tul is-snin li l-persuna tkun intrabtet li tħallas is-self.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

L-Erbgħa filgħodu, fl-iskola sekondarja tar-Rabat Għawdex, tliet studenti subien kellhom jittieħdu l-isptar minħabba li belgħu xi pilloli tal-irqad. Qal dan fi stqarrija l-Ministeru għall-Edukazzjoni, fejn qal li kienu l-istudenti stess…

Ekonomija u Finanzi

Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Industrija u l-Intrapriża proponiet numru ta’ miżuri kif fil-fehma tagħha l-ekonomija Maltija tista’ tkompli tikber b’mod sostenibbli b’rispett lejn l-ambjent u l-kwalità tal-ħajja. Ir-rakkomandazzjonijiet inġabru f’dokument li joffri…

Mużika

Songcraft, proġett li jifforma parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv b’kollaborazzjoni ma’ Aġenżija Żgħażagħ reġa’ lura wara l-proġett pilota fl-2019 fejn ta opportunità lil kantawturi promettenti ta’ bejn is-16 u l-20 sena. Il-kantawturi magħżula…

Qorti

Issoktat l-inkjesta pubblika fil-qtil tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia li qed tistħarreġ jekk il-Gvern setgħax jieħu miżuri biex jevita dan il-qtil. Fis-seduta tal-lum mistenni jixhed Neville Gafa. L-ewwel biex jitla’ fuq…

Aktar