Budget
Baġit 2019: It-tfal jistgħu jidħlu b’xejn fil-mużewijiet ta’ Heritage Malta

Mis-sena d-dieħla l-istudenti kollha li jattendu skejjel sal-livell sekondarju se jkunu intitolati biex iżuru flimkien ma’ żewg adulti magħhom is-siti u l-mużewijiet ta’ Heritage Malta mingħajr ma jħallsu l-miżata tad-dħul.

Dan tħabbar mill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna fid-Diskors tal-Budget 2019.  Huwa żied jgħid li l-aċċess se jkun qed jingħata kuljum is-sena kollha bla limitu.

L-inċentiv huma intitolati għalih it-tfal kollha li jattendu fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja jew Indipendenti.