Budget
Baġit 2019: Jiżdied jum leave u tiddaħħal żieda għal min għandu paga minima

Kull min huwa impjegat mis-sena d-dieħla se jibbenefika minn ġurnata oħra frank, wara li din is-sena l-Gvern beda jimplimenta l-wegħda elettorali li jagħti lura lill-ħaddiema l-ġranet tal-festi pubbliċi li jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa.

Min jaħdem b’paga minima se jingħata aġġustament fit-tieni sena tal-impjieg tiegħu, b’żieda ta’ €3 fil-ġimgħa. Fit-tielet sena tal-impjieg imbagħad jerġa’ jingħata €3 oħra żieda fil-ġimgħa. Dan ifisser li l-ħaddiema li din is-sena kienu b’paga minima se jieħdu żieda ta’ €6 fil-ġimgħa sa sentejn oħra. Intant, iż-żieda għall-għoli tal-ħajja għal kulħadd se tkun €2.33 fil-ġimgħa.

Miżuri oħra għall-impjegati jinkludu tnaqqis fit-taxxa, fejn għal sena oħra se terġa’ tingħata rifużjoni tat-taxxa li se tolqot 200,000 persuna. Dawk li huma reġistrati bħala singoli għal finijiet ta’ taxxa u d-dħul tagħhom minn xogħol part-time li ma jaqbiżx il-paga minima, mhux se jibqgħu jiġu intaxxati.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Begtash Muka, Albaniż ta’ 27 sena, tressaq il-Qorti akkużat li l-Ħadd filgħodu bejn id-9am u l-9.45am daħal mingħajr permess fil-barracks ta’ Ħal Safi bil-ħsieb li jagħmel reat. Muka kien ilu…

Qorti

Sewwieq ta’ mutur se jingħata iktar minn €20,000 f’kumpens għad-danni li sofra meta kien involut f’inċident tat-traffiku 4 snin ilu. Agostino Schembri kien indarab serjament meta kien qed isuq il-mutur…

Kronaka

Għall-ħabta tal-4.00 ta’ waranofsinhar il-Forzi Armati tellgħu katavru ta’ mara mill-baħar. Il-katavru ntlemaħ fl-inħawi ta’ Għar Lapsi, bil-Pulizija li daħlitilha l-ewwel informazzjoni ftit qabel it-3.30pm. L-ewwel tfittxija għall-katavru bdiet b’ħelikopter…

Qorti

It-tanker M/T Krone, irreġistrat Sierra Leone, ġie ordnat mill-Qorti biex iħallas is-somma ta’ €138,455.55 għal servizzi marittimi mogħtija mill-kumpanija Maltija Mediterranean Trading Shipping. Il-kumpanija fetħet kawża f’Settembru li għadda biex…

Aktar