Budget
Baġit 2019: Koperti l-ispejjeż għal min jakkumpanja pazjenti bejn Malta u Għawdex

Il-Gvern qal li minkejja l-investiment li sar fis-settur tas-saħħa f’Għawdex, għad hemm pazjenti li jkollhom imorru Malta għall-kura. Hemm ukoll Maltin li issa qed jitilgħu Għawdex għall-istess għan.

Għalhekk l-iskema attwali ta’ ħlas għall-ispejjeż tal-ivjaġġar għall-pazjenti bil-kanċer se tkun estiża wkoll biex tkopri l-ispejjeż ta’ min ikun qed jakkumpanja lill-pazjent. Se tingħata wkoll allowance addizzjonali biex ittaffi l-piż tal-akkomodazzjoni għall-istess għan.

Se jingħata wkoll kumpens parzjali ta’ €1.50 kuljum għall-ħaddiema Għawdxin fis-settur privat li jorganizzaw trasport kollettiv biex imorru għax-xogħol. Barra minn hekk ir-rifużjoni tal-biljett tal-vapur għall-ħaddiema Għawdxin se tibda tingħata wkoll lil dawk fis-settur privat, u mhux biss dawk li jaħdmu mal-gvern.