Budget
Baġit 2019: Opportunità lill-għalliema supply isiru eliġibbli għal pożizzjoni ta’ għalliem regolari

Fid-diskors għall-Baġit 2019, intqal li l-Istutut tal-Edukazzjoni se jkun qiegħed jiżviluppa l-korsijiet biex jagħti l-opportunità lill-għalliema supply f’livelli differenti biex wara li jtemmu l-korsijiet, isiru eliġibbli għal pożizzjoni ta’ għalliem regolari.

Il-Ministru Scicluna ħabbar ukoll li se jkun hemm ukoll il-possibbiltà biex dawk li jridu jbiddlu l-karriera u jsiru għalliema jagħmlu l-kors meħtieġ għal dan il-għan.

Issemma’ wkoll li l-edukaturi se jkunu, fil-jiem li ġejjin, jibbenefikaw minn korsijiet u metodi ta’ tagħlim ġodda.

Il-Ministru Scicluna qal li dan se jsir mhux biss bħala investiment fl-għalliema iżda wkoll biex jingħata l-aħjar tagħlim lill-istudenti.

Qal ukoll li kemm l-għalliema l-ġodda kif ukoll dawk li diġà qegħdin fis-servizz se jkunu mħarrġa biex ikomplu jsaħħu l-pedagoġija u jkomplu jaġġornaw ruħhom ma’ metodi ġodda ta’ tagħlim u korsijiet.

Il-Gvern se jkun qiegħed ukoll ikompli jtejjeb l-infrastruttura u l-immodernizzar tal-iskejjel.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Tagħrif li Television Malta ġabar mingħand il-Pulizija juri li r-rapporti ta’ serq x-xahar li għadda naqsu b’25% meta imqabbel ma Marzu tas-sena l-oħra. Fi kliem l-Ispettur Fabian Fleri, mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet…

COVID-19

Il-proċeduri għall-IVF jinsabu ffriżati għal kollox kawża tal-COVID19. Il-kap tal-awtoritàa għall-protezzjoni tal-embrijun qalet li ttieħdu miżuri biex dawk li jinsabu fl-età massima li fiha jistgħu jinqabdu tqal bl-IVF, jingħataw estensjoni…

COVID-19

Edizzjoni tal-programm DISSETT se tixxandar wara l-bulettin tal-aħbarijiet tat-8.00pm fuq TVM. Dirett mill-istudios ta’ Television Malta: id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, u diversi professjonisti mill-Isptar Mater Dei…

Lokali

Kull persuna għandha storja x’tirrakkonta. F’pandemija bħal dik li qed ngħixu, kulħadd jintlaqat b’mod jew b’ieħor u kulħadd għandu il-perspettiva tiegħu. M’hemmx dubju li l-COVID19 se tħalli timbru fis-socjetà u…

Aktar