Budget
Baġit 2019: Paceville se jkollu kameras tas-sigurtà f’żoni b’rata għolja ta’ kriminalità

Il-Ministru Edward Scicluna ħabbar li se jsir proġett magħruf bħala ‘Safe Cities’.

Dan se jkun jinkludi f’network ta’ kameras f’postijiet magħrufa għall-imġieba anti-soċjali u rata għolja ta’ kriminalità.  Qal li l-proġett, li se jsir bi sħubija mal-kumpanija Huawei, se jibda jiġi implimentat f’Paceville u wara fil-Marsa.

Intqal ukoll fid-Diskors tal-Baġit 2019 li s-sena d-dieħla l-Korp tal-Pulizija se jkollu Command and Control Room ġdida attrezzata bl-aħħar teknoloġija fl-immaniġġjar tal-operat tiegħu.

Il-proġett għandu jwassal għal iktar sigurtà fil-pajjiż u rispons iktar immedjat mill-Pulizija meta jintalab l-intervent tagħhom.

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi stqarrija l-Matsec qalet li dawk l-istudenti li xtaqu jagħmlu l-eżamijiet tal-A Levels u l-Intermediates, jistgħu ipoġġu għal dawn l-eżamijiet f’Settembru li ġej. Din is-sessjoni se tieħu post is-sessjoni tar-resits,…

COVID-19

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qed jilqa’ l-applikazzjoni ta’ erba’ faxex ta’ ħaddiema li jaħdmu jew kienu jaħdmu fis-settur privat u ma baqgħux jaħdmu minħabba l-impatt tal-Coronavirus, iżda li mhux ser jintlaħqu…

Lokali

Wara kjarifiki uffiċjali, kien hemm qbil reċiproku li l-prezz tal-gass f’ċilindru ta’ 12kg ta’ Liquigas se jkun ta’ €15. Dan wara laqgħa llum bejn Liquigas Malta, li talbet biex tiċċarra…

COVID-19

Fiċ-ċirkostanzi preżenti maskra tiswa mitlu deheb partikolarment għal professjonisti li jinsabu fil-fruntiera tal-ġlieda kontra l-imxija tal-Covid-19. Fid-dawl tad-domanda qawwija għall-maskri soffistikati, Inġinier Malti fl-Fakultà tal-Inġinerija tal-Università ta’ Malta żviluppa magna…

Aktar