Budget
Baġit 2019: Se tibda titħawwel siġra għal kull vettura impurtata f’Malta

Il-Gvern ħabbar li mis-sena d-dieħla se jibda jħawwel siġra għal kull vettura li tiġi impurtata f’Malta, wara li din is-sena bdiet titħawwel siġra għal kull persuna li titwieled.

L-iżvilupp attwali tat-toroq se jkun akkumpanjat bil-protezzjoni ta’ żoni ħodor u ż-żamma tas-siġar, u għalhekk Infrastruttura Malta se tibda proġett dwar Ġonna Urbani.

Miżuri oħra ambjentali jinkludu iktar investiment f’Parks Nazzjonali u ħidma biex ikun stabbilit l-ewwel Geopark f’Malta. Ambjent Malta se tiffoka fuq l-implimentazzjoni ta’ management plans tas-siti ta’ Natura 2000 u se jiżdied l-investiment fil-ħarsien tal-widien.

Se tissokkta l-ħidma fuq leġiżlazzjoni li tirregola l-ħsejjes, u se jibda x-xogħol fuq l-Istrateġija Nazzjonali għall-Ambjent u l-istrateġija għall-ispeċi aljeni, filwaqt li se jsir investiment fuq stazzjon ġdid għall-monitoraġġ tal-arja.