Budget
Baġit 2019: €600,000 għall-faċilitajiet sportivi f’diversi lokalitajiet

Il-Ministru Scicluna ħabbar li l-Gvern se jkun qiegħed jinvesti aktar fl-isport f’dak li għandu x’jaqsam mal-pixxina indoor fil-Kumpless tal-Isports tal-Kottonera.

Il-Ministru qal li l-Gvern jemmen li l-isport akwatiku għandu jieħu l-ispinta li jixraqlu sabiex ikomplu jiżdiedu s-suċċessi li l-atleti Maltin diġà kisbu.

Il-Ministru ħabbar ukoll li l-Gvern se jkun qiegħed jaħdem fuq għadd ta’ open spaces u pitches b’investiment ġdid ta’ €600,000 għall-familji u se jkun qiegħed jgħin ukoll f’dak li għandu x’jaqsam mal-ispeċjalizzazzjoni ta’ faċilitajiet sportivi biex iwassal għall-livell ta’ professjonaliżmu fl-isports.

Issemma’ wkoll li l-Gvern se jkun qiegħed iħarrax il-ġlieda kontra l-korruzzjoni flimkien mal-assoċjazzjonijiet sportivi nazzjonali.

 

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi stqarrija l-Matsec qalet li dawk l-istudenti li xtaqu jagħmlu l-eżamijiet tal-A Levels u l-Intermediates, jistgħu ipoġġu għal dawn l-eżamijiet f’Settembru li ġej. Din is-sessjoni se tieħu post is-sessjoni tar-resits,…

COVID-19

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qed jilqa’ l-applikazzjoni ta’ erba’ faxex ta’ ħaddiema li jaħdmu jew kienu jaħdmu fis-settur privat u ma baqgħux jaħdmu minħabba l-impatt tal-Coronavirus, iżda li mhux ser jintlaħqu…

Lokali

Wara kjarifiki uffiċjali, kien hemm qbil reċiproku li l-prezz tal-gass f’ċilindru ta’ 12kg ta’ Liquigas se jkun ta’ €15. Dan wara laqgħa llum bejn Liquigas Malta, li talbet biex tiċċarra…

COVID-19

Fiċ-ċirkostanzi preżenti maskra tiswa mitlu deheb partikolarment għal professjonisti li jinsabu fil-fruntiera tal-ġlieda kontra l-imxija tal-Covid-19. Fid-dawl tad-domanda qawwija għall-maskri soffistikati, Inġinier Malti fl-Fakultà tal-Inġinerija tal-Università ta’ Malta żviluppa magna…

Aktar