Budget
Baġit 2019: Tfal bl-awtiżmu se jkollhom klinika speċjalizzata fil-Marsa

Is-sena d-dieħla se jiġu ntrodotti bosta servizzi ġodda fis-settur tas-saħħa.

Il-Ministru Edward Scicluna ħabbar li l-Gvern se jibda jinvesti fi Klinika tas-Saħħa Mentali fit-Tramuntana ta’ Malta, kfi ukoll Ċentru ta’ Matul il-Jum u hostels għall-pazjenti bi problemi minuri ta’ natura mentali.

Se tiġi żviluppata klinika speċjalizzata fl-iskola primarja tal-Marsa li se jkollha sensory integration therapy lil tfal affettwati bl-awtiżmu minn madwar il-gżejjer Maltin.

Fl-Isptar Mater Dei se jsir investiment f’servizzi ġodda bħal robotic surgery, it-tisħiħ ta’ servizzi eżistenti bħall-IVF u t-tqegħdin ta’ apparat ġdid inkluż MRI.

Se jiġi inawgurat dalwaqt iċ-Ċentru tal-Anatomija f’Għawdex filwaqt li s-sena d-dieħla se titlesta l-Iskola Medika ta’ Barts f’Għawdex ukoll.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Fis-Siġġiewi, instabu 8 żoni fejn kien qed isir l-insib illegalment. Dan qalitu l-CABS fi stqarrija u saħqet li dawn ix-xbieki li jitpoġġew taħt l-ilma kienu qed jintużaw għall-insib tal-Pispisella, iċ-Ċewċewwa…

Ambjent

Wara li lbieraħ Infrastructure Malta qalgħet siġar mejta fit-Telgħa tas-Saqqajja biex tagħmel il-wisa’ għal siġar ġodda, illum beda x-xogħol ta’ tħawwil. Dalgħodu TVM żar il-post u seta’ josserva l-kumplament tat-tneħħija…

Pulizija

Għall-ewwel darba sal-aħħar ta’ din is-sena, il-Korp tal-pulizija ser ikollu flotta ta’ vetturi ġodda fid-distretti. Il-Korp, illum inawgura ħamsin vettura ġdida u sitt segways li se jintużaw l-aktar fiż-żoni pedonali…

Aktar