Budget
Baġit 2019: Żidiet fil-pensjoni, inċentiv ġdid għall-ħaddiema anzjani taċ-ċivil

Tħabbar li għar-raba’ sena se tiżdied il-pensjoni, bis-sena d-dieħla se tingħata żieda ta’ €2.17 lill-pensjonanti kollha tas-sigurtà soċjali, barra ż-żieda tal-għoli tal-ħajja. Hekk dawn il-pensjonanti b’kollox jieħdu żieda ta’ €4.50 fil-ġimgħa. B’rabta ma’ din iż-żieda se jogħla l-massimu ta’ dħul mhux taxxabbli tal-pensjonijiet għal €13,343.

Se jiżdied b’€50 il-bonus lil dawk li ma ħallsux biżżejjed kontribuzzjonijiet għall-pensjoni.

Il-Pensjonanti tas-Servizz se jerġa’ jkollhom €200 oħra eżentati fl-assessjar tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali biex is-somma eżentata telgħet għal €2,466. Barra minn hekk, dawk li għandhom minn 72 sena ‘l quddiem, se jkollhom 75% tal-pensjoni tas-servizz injorata, u mhux nofs. B’hekk huwa stmat li b’din il-miżura dawn ikollhom żieda ta’ €11 fil-ġimgħa.

L-għotja ta’ €300 lil dawk li għandhom ‘il fuq minn 75 sena u jibqgħu jgħixu fi djarhom se terġa’ tingħata, filwaqt li tjiebu l-kundizzjonijiet għal min japplika għal allowance biex jieħu ħsieb anzjan ta’ ‘l fuq minn 85 sena f’daru.

Wara li tliet snin ilu ddaħħal inċentiv għal dawk li jilħqu l-età tal-irtirar u jagħżlu li jibqgħu jaħdmu, issa dan se jinfirex ukoll għall-ħaddiema taċ-ċivil b’mod gradwali, billi tiżdidilhom il-pensjoni meta jagħlqu 65 sena.

Se jerġgħu joħorġu wkoll savings bonds tal-gvern ġodda għall-anzjani, filwaqt li se jitjieb l-inċentiv għal min irid jinvesti f’pensjoni privata.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza l-forum dinji fejn ħabbar li għaxar operaturi tal-kannabis mediċinali kienu approvati mill-Malta Enterprise u anke se japplikaw mal-Awtorità tal-Mediċini biex jingħataw liċenzja. Dr Muscat qal…

Lokali

Riesqa lejn l-aħħar il-Presidenza ta’ Marie-Louise Coleiro Preca, bil-President Marie Louise Coliero Preca tiddeskrivi l-poplu Malti bħala wieħed ġeneruż li jaf jogħla ‘l fuq mill-argumenti u jingħaqad flimkien biex jesprimi…

Lokali

Il-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta beda jiltaqa’ f’Malta u qed jiddiskuti proposti biex isaħħaħ il-vuċi tal-Maltin imferxa f’diversi komunitajiet madwar id-dinja. Fil-ftuħ tal-laqgħa, il-Ministru Carmelo Abela qal li…

Aktar