Budget
Baġit 2019: Żieda fiċ-children’s allowance u eżamijiet tal-Matsec bla ħlas

Għall-ewwel darba fi 11-il sena se jiżdied iċ-childrens’ allowance għal familji bi dħul gross anqas minn €20,000 fis-sena, fejn l-allowance se tkun qed tiżdied sa massimu ta’ €96 fis-sena għal kull wild.

Wara li s-sena l-oħra l-Gvern beda jħallas għal nofs l-ispejjeż tal-eżamijiet tal-Matsec u tas-Sec, tħabbar li mis-sena d-dieħla dawn l-eżamijiet se jibdew isiru kompletament b’xejn.

Iktar minn hekk, ġenituri li jibgħatu lil uliedhom fi skejjel indipendenti se jerġgħu jibbenefikaw minn iżjed tnaqqis fit-taxxa fuq il-miżati tal-iskejjel. Mis-sena d-dieħla t-tnaqqis se jiżdied għal €1,600 fuq kull wild fil-kindergarten, €1,900 għall-primarja u €2,600 għas-sekondarja. Dan jammonta għal €300 fuq kull wild.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Kull sena madwar 150 persuna f’Malta jinstab li għandhom kanċer fil-pulmun, li wħud minnhom x’aktarx li qabel ikunu bdew jinnutaw sintomi tal-kundizzjoni, magħrufa bħala COPD, li hi assoċjata mat-tipjip, it-tniġġis…

Ekonomija u Finanzi

Il-baġits għall-2019 ta’ Malta u disa’ pajjiżi oħra Ewropej kisbu l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li l-Italja qed tissogra li taffaċċja azzjoni dixxiplinarja li tista’ twassal għall-multi, minħabba li qed tibqa’…

Politika

F’konferenza tal-aħbarijiet illejla, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-Prim Ministru mhux qed jgħid il-verità, għax minn banda jgħid li ma jafx kontra min hemm inkjesta, u mill-banda l-oħra…

Aktar