Baġit 2019: Żieda fis-sussidju tal-kera – se jitneħħa t-test tal-mezzi

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal fid-diskors tal-Baġit 2019 li se ssir riforma sħiħa fil-mod kif jinħadem is-sussidju fuq il-kera u fil-kriterji ta’ kif wieħed jikkwalifika għalih.

It-test tal-mezzi se jitneħħa għal kollox għaliex kienu qed jinqabżu numru ta’ persuni b’ċertu livell ta’ dħul, li għax qegħdin fil-kera mhux jibqgħalhom biżżejjed flus għal ħajja diċenti.

Minfloku, se jiddaħħlu kriterji ġodda għall-eliġibbiltà bid-dħul gross tal-familja u t-tieni l-kirja eżistenti taqbeż il-benchmark għal dik il-familja. L-applikant irid jissodisfa ż-żewġ kriterji biex ikun eliġibbli għas-sussidju.

Is-sussidju fuq il-kera se jiżdied ukoll. L-għajnuna se tkun tvarja minn massimu ta’ €3,000 għal €5,000 fis-sena skont iċ-ċirkostanzi tal-familja.

Il-Gvern qed jaħdem biex iniedi skema li se tkun qed tagħti inċentiv fiskali bi tnaqqis ta’ taxxa fuq il-bejgħ tal-propjetà għal 7 snin lis-sid li jikri b’rata iktar baxxa minn tas-suq.

Il-Ministru qal ukoll li b’mod obbligatorju se tidħol fis-seħħ ir-reġistrazzjoni tal-kirjiet mal-Awtorità tad-Djar u l-infurzar fuq ir-reġistrazzjoni tal-kera.

 

 

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

18-il persuna lbieraħ ingħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi li l-Pulizija għamlet fl-aħħar 24 siegħa biex tiżgura li ma jkunx hemm ġemgħat ta’ aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi…

COVID-19

Fi żmien li l-pajjiż għaddej mill-problema tal-imxija tal-COVID-19, l-Amministratur Appostoliku għal Għawdex, Mons. Mario Grech appella lis-saċerdoti f’Għawdex u lill-Għaqdiet Reliġjużi biex jagħtu l-offerta tagħhom sabiex jinxtara ventilator, ħalli dan jingħata lill-Awtoritajiet…

Temp

L-uffiċju Meterjoloġiku ħareġ twissija ta’ riħ qawwi mill-Grigal fuq il-Gżejjer Maltin. Din it-twissija ser tibqa’ fis-seħħ sal-10pm.

Kurżitajiet

Għadd ta’ korijiet f’Malta u Għawdex qed isibu mezz kif ikomplu bit-taħriġ, u anki jirrekordjaw siltiet ġodda – kollox b’mod virtwali. Fost dawn hemm il-kor tal-parroċċa ta’ Birżebbuġa, li f’dawn…

Aktar