Budget2022
Baġit pożittiv, iżda xi problemi ma ġewx indirizzati – FORUM

Paul Pace f’isem il-Forum iddeskriva l-baġit bħala wieħed pożittiv ħafna, speċjalment il-miżura ta’ trasport pubbliku b’xejn għal kulħadd.

Qal iżda li xi problemi ma ġewx indirizzati, fosthom dik fuq il-ħlas tal-overtime għall-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u tal-edukazzjoni.

Semma wkoll il-mekkaniżmu tal-COLA li ddeskriva bħala ħażin, u qal li dan ma nbidilx b’konsegwenza li ż-żieda mhix biżżejjed.